Mur fil-kontenut

Problemi Finanzjarji u Dejn—Tista’ Tgħin il-Bibbja?

Problemi Finanzjarji u Dejn—Tista’ Tgħin il-Bibbja?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Iva. L-erbaʼ prinċipji tal-Bibbja li ġejjin jistgħu jgħinuk fil-problemi finanzjarji u d-dejn.

  1.   Ippjana kemm se tonfoq. “Il-pjanijiet tal-ħabrieki żgur li jkunu taʼ vantaġġ għalih, imma kulmin jgħaġġel żgur li jiġi fil-bżonn.” (Proverbji 21:5) Tgħaġġilx biex tixtri xi ħaġa sempliċement għax tkun bi prezz irħas. Agħmel pjan finanzjarju—baġit—u żomm miegħu.

  2.   Evita dejn bla bżonn. “Min jissellef hu l-qaddej taʼ min isellfu.” (Proverbji 22:7) Jekk int diġà qiegħed fid-dejn u ma tistax tlaħħaq mal-pagamenti, ipprova nnegozja ftehim ġdid mal-kredituri tiegħek. Kun persistenti. Applika l-parir li l-Bibbja tat lil dak li mingħajr għaqal iggarantixxa self, u b’hekk daħal f’responsabbiltà għad-dejn: “Mur umilja ruħek, u sus wara għajrek. La tagħtix ngħas lil għajnejk, u lil xfar għajnejk lanqas mistrieħ.” (Proverbji 6:1-5, Karm Żammit) Anki jekk l-ewwel talba ma tintlaqax, ibqaʼ itlob għal aġġustament.

  3.   Żomm ħarsa bilanċjata lejn il-flus. “Tkunx egoist u ħerqan biex issir sinjur​—int se tispiċċa agħar minn dak li tistaʼ taħseb.” (Proverbji 28:22, Contemporary English Version) L-għira u l-kilba għall-flus mhux biss jistgħu jwasslu għal diżastru finanzjarju, imma wkoll jistgħu ma jħallux ħin għal affarijiet spiritwali.

  4.   Kun kuntent. “La għandna x’nieklu u biex nitgħattew, għandna nkunu kuntenti b’dawn l-affarijiet.” (1 Timotju 6:8) Il-flus ma jistgħux jixtru l-ferħ u l-kuntentizza. Xi wħud mill-iktar nies ferħanin fid-dinja m’għandhomx ħafna flus. Imma għandhom l-imħabba tal-familja u l-ħbieb, u ħbiberija m’Alla.—Proverbji 15:17; 1 Pietru 5:6, 7.