IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU

Tqisha Int in-Nefqa?

Malti
Tqisha Int in-Nefqa?
/assets/ct/b4d7e1101e/images/syn_placeholder_sqr.png
w02 5/1 p. 32

Tqisha Int in-Nefqa?

Tqisha Int in-Nefqa?

ĠESÙ KRISTU offra lid-​dixxipli tiegħu t-​tama tal-​ħajja taʼ dejjem, iżda hu ħeġġiġhom ukoll biex iqisu n-​nefqa taʼ li jkunu Kristjani. Hu spjega dan il-​punt b’tixbiha billi staqsa: “Min minnkom ikun irid jibni torri u ma joqgħodx bilqiegħda biex l-​ewwelnett iqis in-​nefqa, ħalli jara għandux biżżejjed biex iwassal sa l-​aħħar?” (Luqa 14:28) X’ried ifisser Ġesù bil-​kelma nefqa?

Il-Kristjani kollha jiffaċċjaw il-​provi—kultant provi serji. (Salm 34:20 [34:​19, NW]; Mattew 10:36) Għalhekk, irridu nkunu preparati kemm mentalment kif ukoll spiritwalment sabiex ma nkunux sorpriżi meta jkollna niffaċċjaw xi oppożizzjoni jew problemi oħrajn. S’issa suppost li diġà nafu x’inhuma l-​isfidi involuti fin-​nefqa taʼ li nkunu dixxipli taʼ Kristu, billi nafu li l-​premju—is-​salvazzjoni mid-​dnub u l-​mewt—jiswa ħafna iktar minn kwalunkwe ħaġa li s-​sistema preżenti tistaʼ toffrilna. Verament, xejn minn dak li Alla jippermetti—anqas il-​mewt—ma jistaʼ jagħmlilna ħsara dejjiema jekk inkomplu naqduh.—2 Korintin 4:​16-18; Filippin 3:8.

Kif tistaʼ l-​fidi tagħna ssir daqshekk b’saħħitha? Il-​fidi tagħna ssir iktar b’saħħitha kulmeta nieħdu deċiżjoni tajba, inżommu sod favur il-​prinċipji Kristjani, jew nagħmlu xi ħaġa fi qbil mar-​rieda t’Alla—speċjalment meta nkunu taħt pressjoni biex nagħmlu l-​kontra. Meta nesperjenzaw personalment il-​barka taʼ Jehovah minħabba l-​lealtà tagħna, il-​fidi tagħna tissaħħaħ u tniżżel l-​għeruq tagħha fil-​fond. B’dan il-​mod inkunu qed nimxu wara l-​eżempju taʼ Ġesù, taʼ l-​ewwel dixxipli tiegħu, u tan-​nies kollha taʼ fidi li matul is-​sekli ‘qiesu sew in-​nefqa’ taʼ li jaqdu ’l Alla.—Mark 1:​16-20; Lhud 11:​4, 7, 17, 24, 25, 32-38.