STENBAĦ! Nru. 2 2017 | X’hemm wara s-sopranaturali?
Films u programmi fuq it-televixin spiss juru karattri sopranaturali—sħarijiet u vampiri.
Int x’taħseb? Huma sempliċiment divertiment li ma jagħmilx ħsara, jew hemm xi perikli moħbijin?
Din il-ħarġa taʼ Stenbaħ! tiddiskuti għala n-nies huma affaxxinati bis-sopranaturali u x’hemm eżattament warajh.
SUĠĠETT PRINĊIPALI
Affaxxinati bis-sopranaturali!
Sħaħar, vampiri, nies maħkumin mid-demonji, u fantażmi—dawn huma biss ftit mis-suġġetti sopranaturali li n-nies jinġibdu lejhom. X’inhu li jattira lil dak li jkun?
SUĠĠETT PRINĊIPALI
X’tgħallem il-Bibbja dwar l-ispiritiżmu?
Għalkemm ħafna nies huma dubjużi f’dak li hu okkult u paranormali, il-Bibbja hi serja ħafna fuq dawn l-affarijiet. X’tgħid il-Bibbja dwar dan is-suġġett, u għala?
ĠIE DISINJAT?
L-istrateġija tal-inżul tan-naħla
X’jagħmel dan l-inżul ideali biex jintuża fis-sistema tar-robots?
GĦAJNUNA GĦALL-FAMILJA
Meta jmut ġenitur
Il-mewt ta’ ġenitur hi ta’ wġigħ ta’ qalb kbir. X’se jgħin liż-żgħażagħ ikampaw mal-ħafna emozzjonijiet li żgur se jkollhom wara?
Meta l-ulied jitnikktu minħabba mewt
Il-Bibbja kif għenet tliet żgħażagħ ikampaw mal-mewt taʼ membru tal-familja?
PAJJIŻI U POPLI
Żjara fi Spanja
Spanja huwa pajjiż imżewwaq kemm bħala art u kemm bħala nies. Meta tqabbel Spanja maʼ pajjiżi oħrajn, Spanja jipproduċi iktar minn tip wieħed taʼ ikel interessanti.
IL-ĦARSA TAL-BIBBJA
Is-salib
Ħafna nies iqisu s-salib bħala s-simbolu tal-Kristjanità. Miet Ġesù fuq salib? Id-dixxipli ta’ Ġesù kienu jużaw is-salib fil-qima tagħhom?
Tixtieq tifhem il-Bibbja?
Sir af x’għandek bżonn u x’m’għandekx bżonn biex tifhem il-messaġġ tagħha.
Iktar Affarijiet Onlajn
Kif nistaʼ nkampa maʼ traġedja?
Żgħażagħ jirrakkontaw x’għenhom ikampaw.
Huma d-Demonji Reali?
X’inhuma d-demonji? Minn fejn ġew?

