Esdra 4:1-24

4  Meta l-​avversarji+ taʼ Ġuda u Benjamin semgħu li wlied l-​Eżilju+ kienu qed jibnu tempju lil Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,  huma avviċinaw minnufih lil Żerubbabel+ u lill-​kapijiet+ tal-​familji min-​naħa tal-​missier u qalulhom: “Ħa nibnu magħkom;+ għax bħalkom aħna nfittxu lil Alla+ tagħkom u ilna noffrulu sagrifiċċji minn żmien Esar-ħaddon,+ is-​sultan taʼ l-​Assirja, li tellagħna hawnhekk.”+  Madankollu, Żerubbabel u Ġeswa+ u l-​bqija tal-​kapijiet+ tal-​familji taʼ Israel, min-​naħa tal-​missier, qalulhom: “Intom m’għandkomx dritt tibnu magħna dar għal Alla tagħna,+ għax aħna stess se nibnu flimkien dar għal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, bħalma kkmandana s-​Sultan Ċiru,+ is-​sultan tal-​Persja.”  Minħabba f’hekk, in-​nies tal-​pajjiż kienu l-​ħin kollu jiskuraġġixxu+ lin-​nies taʼ Ġuda u jaqtgħulhom qalbhom biex ma jkomplux jibnu,+  u qabbdu+ lil xi nies esperti kontrihom biex bil-​pariri tagħhom iġibu fix-​xejn l-​iskop tan-​nies taʼ Ġuda matul il-​jiem kollha taʼ Ċiru, is-​sultan tal-​Persja, sar-​renju taʼ Darju,+ is-​sultan tal-​Persja.  U fir-​renju t’Aħasweru, fil-​bidu taʼ saltnatu, kitbu akkuża+ kontra l-​abitanti taʼ Ġuda u Ġerusalemm.  Ukoll, fi żmien Artaserse, Bislam, Mitredat, Tabel u l-​bqija taʼ sħabu kitbu lil Artaserse, is-​sultan tal-​Persja, u l-​ittra ġiet maqluba għall-​Aramajk+ u miktuba bl-​alfabet Aramajk. 8 * Imbagħad Reħum, l-​uffiċjal ewlieni tal-​gvern, u Simsaj l-​iskriba kitbu ittra kontra Ġerusalemm lis-​Sultan Artaserse, kif ġej:  Mingħand Reħum,+ l-​uffiċjal ewlieni tal-​gvern, u Simsaj l-​iskriba u l-​bqija taʼ sħabhom, l-​imħallfin u l-​gvernaturi minuri min-​naħa l-​oħra tax-​Xmara,*+ is-​segretarji,+ in-​nies t’Erek,+ il-​Babiloniżi,+ l-​abitanti taʼ Susa,+ jiġifieri, l-​Għelamin,+ 10  u l-​bqija tal-​ġnus+ li ttieħdu fl-​eżilju mill-​kbir u l-​onorabbli Asenaffar*+ u ġegħelhom joqogħdu fil-​bliet tas-​Samarija,+ u l-​oħrajn lil hinn mix-​Xmara, ——; u 11  din hi kopja taʼ l-​ittra li bagħtu: “Lis-​Sultan Artaserse,+ il-​qaddejja tiegħek, in-​nies lil hinn mix-​Xmara: Issa 12  ħa jkun jaf is-​sultan li l-​Lhud li telgħu hawnhekk mingħandek għal għandna ġew Ġerusalemm. Huma qed jibnu l-​belt ribelluża u ħażina, u qed ilestu s-​swar+ u jsewwu l-​pedamenti. 13  Issa ħa jkun jaf ukoll is-​sultan li, jekk din il-​belt terġaʼ tinbena u jitlestew is-​swar tagħha, huma la jagħtu taxxa,+ la ħaraġ,+ u lanqas ħlas, u dan jikkaġuna telf lit-​teżoreriji+ tas-​slaten. 14  Issa peress li aħna nirċievu s-​salarju mill-​palazz,* u m’huwiex xieraq għalina li naraw lis-​sultan jiġi mneżżaʼ minn ġidu, bgħatna ngħarrfu b’dan lis-​sultan, 15  sabiex isir tiftix fi ktieb it-​tifkiriet+ taʼ l-​antenati tiegħek. Hemm se ssib u tkun taf li din hi belt ribelluża u tikkaġuna telf lis-​slaten u lill-​provinċji, u sa mill-​qedem kien hemm fiha nies li qajmu r-​rewwixti. Kien għalhekk li din il-​belt saret ħerba.+ 16  Aħna qed ngħarrfu lis-​sultan li, jekk din il-​belt terġaʼ tinbena u s-​swar tagħha jitlestew, int żgur li ma jkollok ebda sehem lil hinn mix-​Xmara.”+ 17  Is-sultan bagħat jgħid lil Reħum,+ l-​uffiċjal ewlieni tal-​gvern, u lil Simsaj l-​iskriba u lill-​bqija taʼ sħabhom+ li kienu joqogħdu fis-​Samarija u l-​oħrajn lil hinn mix-​Xmara: “Sliem!+ U issa 18  d-dokument uffiċjali li bgħattulna nqara b’mod ċar quddiemi. 19  Għalhekk, ħriġt ordni u sar tiftix+ u nstab li sa mill-​qedem din il-​belt qamet kontra s-​slaten u fiha twettqu ribelljonijiet u rewwixti.+ 20  U kien hemm slaten b’saħħithom+ jaħkmu fuq Ġerusalemm u jiggvernaw lil kulħadd lil hinn mix-​Xmara,+ u t-​taxxa, il-​ħaraġ, u l-​ħlas kienu jingħataw lilhom.+ 21  Issa oħorġu ordni biex dawn l-​irġiel b’saħħithom jieqfu, ħalli l-​belt ma terġax tinbena sakemm noħroġ l-​ordni jien. 22  Għalhekk, oqogħdu attenti li tfittxu taġixxu f’dan ir-​rigward, biex ma tiżdiedx il-​ħsara għad-​dannu tas-​slaten.”+ 23  Wara li l-​kopja tad-​dokument uffiċjali tas-​Sultan Artaserse nqrat quddiem Reħum+ u Simsaj+ l-​iskriba u sħabhom,+ dawn telqu bl-​għaġla lejn Ġerusalemm għand il-​Lhud u waqqfuhom bil-​forza.+ 24  Kien dakinhar li waqaf ix-​xogħol tad-​dar t’Alla, li kienet f’Ġerusalemm; u baqaʼ wieqaf sat-​tieni sena tar-​renju taʼ Darju,+ is-​sultan tal-​Persja.

Noti taʼ taħt

Esdra nkiteb bl-​Aramajk minn dan il-​vers s’Esd 6:18.
Jiġifieri, l-​Ewfrat.
Jiġifieri, “Asurbanipal.”
Letteralment, “nieklu l-​melħ tal-​palazz.”