Esdra 3:1-13

3  Meta wasal is-​sebaʼ+ xahar ulied Israel kienu fi bliethom. U n-​nies bdew jinġabru bħal bniedem wieħed+ f’Ġerusalemm.+  U Ġeswa,+ bin Ġeħosadak, u ħutu l-​qassisin u Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ u ħutu qamu u bdew jibnu l-​artal taʼ l-​Alla taʼ Israel biex joffru fuqu sagrifiċċji tal-​ħruq skond kif hemm miktub+ fil-​liġi taʼ Mosè, il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru.  Għalhekk, waqqfu l-​artal fil-​post+ fejn kien qabel, għax waqaʼ biżaʼ fuqhom minħabba n-​nies tal-​pajjiżi+ l-​oħrajn, u bdew joffru fuqu sagrifiċċji tal-​ħruq lil Ġeħova, is-​sagrifiċċji tal-​ħruq taʼ fil-​għodu u taʼ fil-​għaxija.+  Imbagħad iċċelebraw il-​festa taʼ l-​għerejjex,+ skond kif hemm miktub,+ bis-​sagrifiċċji tal-​ħruq jum wara l-​ieħor bl-​għadd skond ir-​regola taʼ x’kellu jsir kull ġurnata.+  Wara kien hemm l-​offerta tal-​ħruq+ li ssir regolarment u l-​offerta għal kull qamar+ ġdid u għall-​istaġuni tal-​festi+ mqaddsin kollha taʼ Ġeħova u għal kulmin offra minn rajh offerta volontarja+ lil Ġeħova.  Mill-ewwel jum tas-​sebaʼ xahar+ ’il quddiem bdew joffru sagrifiċċji tal-​ħruq lil Ġeħova, meta lanqas biss kien għadu tqiegħed il-​pedament tat-​tempju taʼ Ġeħova.  U taw il-​flus+ lil dawk li jaqtgħu l-​ġebel+ u lin-​nies tas-​sengħa,+ u affarijiet taʼ l-​ikel,+ xorb, u żejt+ lis-​Sidonin+ u lit-​Tirin,+ biex iġibu l-​injam taċ-​ċedru mil-​Libanu+ bil-​baħar sa Ġaffa,+ skond il-​permess li kien tahom Ċiru,+ is-​sultan tal-​Persja.  Issa fit-​tieni sena wara li ġew lejn id-​dar taʼ l-​Alla l-​veru f’Ġerusalemm, fit-​tieni xahar,+ Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ u Ġeswa,+ bin Ġeħosadak, u l-​bqija taʼ ħuthom, il-​qassisin u l-​Leviti, u dawk kollha li kienu ħarġu mill-​jasar+ u marru Ġerusalemm, bdew ix-​xogħol; u ħatru lil-​Leviti+ minn għoxrin sena ’l fuq bħala mgħallmin fuq ix-​xogħol tad-​dar taʼ Ġeħova.+  Għalhekk, Ġeswa,+ uliedu u ħutu, u Kadmijel u wliedu, ulied Ġuda,* qamu bħala grupp wieħed taʼ mgħallmin fuq dawk li jieħdu ħsieb ix-​xogħol fid-​dar taʼ l-​Alla l-​veru, kif ukoll ulied Ħenadad,+ uliedhom u ħuthom il-​Leviti. 10  Meta l-​bennejja qiegħdu l-​pedament+ tat-​tempju taʼ Ġeħova, imbagħad il-​qassisin lebsin ilbies+ uffiċjali u bit-​trumbetti+ f’idejhom, flimkien mal-​Leviti, ulied Asaf,+ biċ-​ċimbali,+ qamu biex ifaħħru lil Ġeħova kif kien ikkmanda+ David, is-​sultan taʼ Israel. 11  U bdew iwieġbu billi jfaħħru+ u jroddu ħajr lil Ġeħova, “għax hu tajjeb,+ għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu lejn Israel hi għal dejjem.”*+ U n-​nies kollha għajtu għajta+ kbira taʼ tifħir lil Ġeħova għaliex tqiegħed il-​pedament tad-​dar taʼ Ġeħova. 12  U ħafna mill-​qassisin+ u l-​Leviti u l-​kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier,+ ix-​xjuħ li kienu raw id-​dar+ taʼ qabel, kienu qed jibku u jolfqu+ x’ħin raw b’għajnejhom it-​tqegħid tal-​pedament+ taʼ din id-​dar, waqt li ħafna oħrajn bdew jgħollu leħinhom u jgħajtu bil-​ferħ.+ 13  B’hekk, in-​nies ma setgħux jiddistingwu bejn il-​ħoss taʼ l-​għajat taʼ ferħ+ u l-​ħoss tal-​biki tan-​nies, għax in-​nies kienu qed jgħajtu għajat kbir u l-​ħoss kien jinstemaʼ saħansitra mill-​bogħod ħafna.

Noti taʼ taħt

“Ħodawija” f’Esd 2:40; “Ħodewa” f’Ne 7:43.
Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.