Esdra 2:1-70
2 U dawn kienu wlied il-provinċja+ li telgħu mill-jasar tal-poplu eżiljat,+ li Nebukadnessar, is-sultan taʼ Babilonja, kien ħa fl-eżilju+ f’Babilonja u li iktar tard marru lura+ lejn Ġerusalemm u Ġuda,+ kull wieħed lejn beltu;
2 dawk li ġew maʼ Żerubbabel,+ Ġeswa,*+ Neħemija, Seraja,+ Regħlaja, Mordekaj, Bilsan, Mispar, Bigwaj, Reħum, Bagħnah.
L-għadd taʼ l-irġiel tal-poplu taʼ Israel:
3 Ulied Pargħos,+ elfejn, mija u tnejn u sebgħin;
4 ulied Sefatija,+ tliet mija u tnejn u sebgħin;
5 ulied Araħ,+ sebaʼ mija u ħamsa u sebgħin;
6 ulied Paħat-mowab,*+ minn ulied Ġeswa u Ġowab,+ elfejn, tmien mija u tnax;
7 ulied Għelam,+ elf, mitejn u erbgħa u ħamsin;
8 ulied Żattu,+ disaʼ mija u ħamsa u erbgħin;
9 ulied Żakkaj,+ sebaʼ mija u sittin;
10 ulied Bani,*+ sitt mija u tnejn u erbgħin;
11 ulied Bebaj,+ sitt mija u tlieta u għoxrin;
12 ulied Għażgad,+ elf, mitejn u tnejn u għoxrin;
13 ulied Adonikam,+ sitt mija u sitta u sittin;
14 ulied Bigwaj,+ elfejn u sitta u ħamsin;
15 ulied Għadin,+ erbaʼ mija u erbgħa u ħamsin;
16 ulied Ater,+ minn dar Ħeżekija, tmienja u disgħin;
17 ulied Bezaj,+ tliet mija u tlieta u għoxrin;
18 ulied Ġoraħ,* mija u tnax;
19 ulied Ħasum,+ mitejn u tlieta u għoxrin;
20 ulied Gibbar,*+ ħamsa u disgħin;
21 ulied Betlehem,+ mija u tlieta u għoxrin;
22 l-irġiel taʼ Netofa,+ sitta u ħamsin;
23 l-irġiel t’Għanatot,+ mija u tmienja u għoxrin;
24 ulied Għażmawet,+ tnejn u erbgħin;
25 ulied Kirjat-ġegħarim,+ Kefira, u Birot, sebaʼ mija u tlieta u erbgħin;
26 ulied Rama+ u Geba,+ sitt mija u wieħed u għoxrin;
27 l-irġiel taʼ Mikmas,+ mija u tnejn u għoxrin;
28 l-irġiel taʼ Betel+ u Għaj,+ mitejn u tlieta u għoxrin;
29 ulied Nebo,*+ tnejn u ħamsin;
30 ulied Magbis, mija u sitta u ħamsin;
31 ulied Għelam+ l-ieħor, elf, mitejn u erbgħa u ħamsin;
32 ulied Ħarim,+ tliet mija u għoxrin;
33 ulied Lod,+ Ħadid,+ u Ono,+ sebaʼ mija u ħamsa u għoxrin;
34 ulied Ġeriko,+ tliet mija u ħamsa u erbgħin;
35 ulied Senagħa,+ tlett elef, sitt mija u tletin.
36 Il-qassisin:+ Ulied Ġedaja+ minn dar Ġeswa,+ disaʼ mija u tlieta u sebgħin;
37 ulied Immer,+ elf u tnejn u ħamsin;
38 ulied Pasħur,+ elf, mitejn u sebgħa u erbgħin;
39 ulied Ħarim,+ elf u sbatax.
40 Il-Leviti:+ Ulied Ġeswa+ u Kadmijel,+ minn ulied Ħodawija,+ erbgħa u sebgħin.
41 L-għannejja, ulied Asaf,+ mija u tmienja u għoxrin.
42 Ulied l-għassiesa tal-bibien, ulied Sallum,+ ulied Ater,+ ulied Talmon,+ ulied Għakkub,+ ulied Ħatita,+ ulied Sobaj, b’kollox, mija u disgħa u tletin.
43 In-Netinin:*+ Ulied Siħa, ulied Ħasufa, ulied Tabbagħot,+
44 ulied Keros, ulied Sigħaħa, ulied Padon,+
45 ulied Lebana, ulied Ħagaba, ulied Għakkub,
46 ulied Ħagab, ulied Salmaj,+ ulied Ħanan,
47 ulied Giddel, ulied Gaħar,+ ulied Regħaja,
48 ulied Resin,+ ulied Nekoda, ulied Gażżam,
49 ulied Użża, ulied Pasegħa,+ ulied Besaj,
50 ulied Asna, ulied Megħunim, ulied Nefusim;+
51 ulied Bakbuk, ulied Ħakufa, ulied Ħarħur,+
52 ulied Baslut, ulied Meħida, ulied Ħarsa,+
53 ulied Barkos, ulied Sisera, ulied Tamaħ,+
54 ulied Nesija, ulied Ħatifa.+
55 Ulied il-qaddejja taʼ Salamun:+ Ulied Sotaj, ulied Soferet, ulied Peruda,+
56 ulied Ġagħlah, ulied Darkon, ulied Giddel,+
57 ulied Sefatija, ulied Ħattil, ulied Pokeret-ħassebajim, ulied Ami.+
58 In-Netinin+ u wlied il-qaddejja taʼ Salamun kollha kienu tliet mija u tnejn u disgħin.+
59 U dawn kienu li telgħu minn Tel-melaħ, Tel-ħarsa, Kerub, Addon u Immer, u ma setgħux jgħidu liema kienet dar missirijiethom u l-oriġini+ tagħhom, jekk kinux minn Israel:
60 ulied Delaja, ulied Tobija, ulied Nekoda,+ sitt mija u tnejn u ħamsin.
61 U minn ulied il-qassisin:+ ulied Ħabaja, ulied Ħakkos,+ ulied Barżillaj,+ li ħa b’martu waħda mill-bniet taʼ Barżillaj,+ il-Gilegħadi, u beda jissejjaħ b’isimhom.
62 Dawn kienu li fittxew ir-reġistru tagħhom biex jistabbilixxu pubblikament il-ġenealoġija tagħhom, u ma sabuhx, u għalhekk kienu meqjusin bħala mniġġsin u ma setgħux ikunu qassisin.+
63 Għaldaqstant, it-Tirsata*+ qalilhom li ma setgħux jieklu+ mill-affarijiet l-iktar imqaddsin sakemm ikun hemm qassis bl-Urim+ u t-Tummim.
64 Il-kongregazzjoni kollha bħala ġemgħa+ kienet tgħodd tnejn u erbgħin elf, tliet mija u sittin ruħ,+
65 minbarra l-ilsiera tagħhom irġiel u nisa, li kienu sebat elef, tliet mija u sebgħa u tletin ruħ; u kellhom mitejn għannej,+ irġiel u nisa.
66 Żwiemel kellhom sebaʼ mija u sitta u tletin, bgħula mitejn u ħamsa u erbgħin,+
67 iġmla erbaʼ mija u ħamsa u tletin, u ħmir sitt elef, sebaʼ mija u għoxrin.+
68 U meta xi wħud mill-kapijiet+ tal-familji min-naħa tal-missier+ ġew lejn id-dar taʼ Ġeħova,+ li kienet f’Ġerusalemm,+ għamlu offerti volontarji+ għad-dar taʼ l-Alla l-veru, ħalli terġaʼ titlaʼ fil-post+ fejn kienet qabel.
69 Skond kemm kienu jistgħu, taw deheb+ għall-provvisti tax-xogħol, wieħed u sittin elf drakma,* u fidda,+ ħamest elef mina, u mitt libsa twila+ tal-qassisin.
70 U l-qassisin u l-Leviti u xi wħud mill-poplu,+ l-għannejja u l-għassiesa tal-bibien u n-Netinin marru joqogħdu fi bliethom, u l-Israelin kollha marru fi bliethom.+
Noti taʼ taħt
^ Ifisser “Gvernatur taʼ Mowab.”
^ “Binnuwi” f’Ne 7:15.
^ “Ħarif” f’Ne 7:24.
^ “Gibegħon” f’Ne 7:25.
^ “Nebo l-oħra” f’Ne 7:33.
^ Jew, “L-ilsiera tat-tempju.” Letteralment, “L-uħud mogħtijin.” Qabbel Nu 3:9, in-nota taʼ taħt.
^ It-titlu Persjan għall-gvernatur taʼ provinċja.
^ Id-drakma ġeneralment kienet titqies daqs id-darik Persjan tad-deheb li kien jiżen 8.4 grammi. Mhix id-drakma taʼ l-Iskrittura Griega.

