IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU

X’Tiftakar?

Malti
X’Tiftakar?
/assets/ct/fa815d8e9f/images/syn_placeholder_sqr.png
w04 8/15 p. 30

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri taʼ l-​Għassa? Għala ma tarax jekk tistax twieġeb dawn il-​mistoqsijiet li ġejjin?

• X’kienet il-​Poliglotta Komplutensjana, u għala kienet sinifikanti?

Din kienet Bibbja stampata b’ħafna lingwi li qasmet f’kolonni paralleli u ħdejn xulxin l-​aħjar test li kien disponibbli dakinhar bl-​Ebrajk, bil-​Grieg, u bil-​Latin, flimkien maʼ xi porzjonijiet bl-​Aramajk. Din il-​Bibbja poliglotta kienet pass kbir ’il quddiem biex jipproduċu test irfinut tal-​lingwi oriġinali.—4/15, paġni 28-31.

• Il-​bnedmin kif jistgħu jferrħu lil Alla?

Bħala persuna ħajja u reali, Jehovah jistaʼ jaħseb, jaġixxi, u jħoss. Hu “Alla l-​hieni” u jieħu pjaċir iwettaq l-​iskop tiegħu. (1 Timotju 1:11, NW; Salm 104:31) Iktar ma nkunu sensittivi għas-​sentimenti t’Alla, iktar se nsiru konxji taʼ dak li nistgħu nagħmlu biex inferrħulu qalbu.—5/15, paġni 4-7.

• David għala ħalla lil martu Mikal ikollha xbieha tat-​terafim?

Meta s-​Sultan Sawl għamel komplott biex joqtol lil David, Mikal għenitu jaħrab, billi fil-​friex poġġiet xbieha li x’aktarx kellha l-​forma taʼ raġel. Jistaʼ jkun li kellha terafim għax qalbha ma kinitx sħiħa m’Alla. David jew ma kienx jaf dwar ix-​xbieha jew inkella ttolleraha minħabba li hi kienet it-​tifla tas-​Sultan Sawl. (1 Kronaki 16:25, 26)—6/1, paġna 29.

• Liema verità bażika enfasizzaw il-​kmandi t’Alla dwar id-​demm?

Permezz taʼ dak li qal wara d-​Dilluvju, fil-​Liġi Mosajka, u fil-​kmand misjub f’Atti 15:28, 29, Alla enfasizza s-​sagrifiċċju li kellu jinvolvi d-​demm imxerred taʼ Ġesù. B’dak id-​demm biss nistgħu aħna niksbu l-​maħfra u jkollna l-​paċi m’Alla. (Kolossin 1:20)—6/15, paġni 14-19.

•Kemm jissemmew mirakli taʼ Ġesù fil-​Bibbja?

Ir-​rakkonti taʼ l-​Evanġelju jirreferu għal 35 miraklu taʼ Ġesù. Imma l-​għadd eżatt tal-​mirakli taʼ Ġesù, inkluż dawk li ma ġewx dokumentati, ma jiġix rivelat. (Mattew 14:14)—7/15, paġna 5.