Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

‘L-għerf qed isejjaħ’—Tistaʼ tisimgħu?

‘L-għerf qed isejjaħ’—Tistaʼ tisimgħu?

“M’huwiex l-​għerf isejjaħ il-​ħin kollu, u m’huwiex id-​dixxerniment isemmaʼ leħnu kontinwament? Sab postu fuq il-​quċċata taʼ l-​għoljiet, ħdejn it-​triq, f’salib it-​toroq. . . . Fid-​daħla taʼ l-​entraturi jibqaʼ jgħajjat b’leħen għoli.”—PROVERBJI 8:1-​3.

L-​GĦERF hu imprezzabbli. Mingħajru konna nagħmlu żball banali wara l-​ieħor. Imma fejn jistaʼ jinstab l-​għerf veru? Il-​kittieb tal-​Proverbji kellu f’moħħu l-​għerf li ma jistaʼ jitqabbel maʼ xejn tal-​Ħallieq tagħna. Iżjed minn hekk, l-​għerf Tiegħu hu disponibbli għal prattikament l-​umanità kollha permezz taʼ ktieb speċjali ħafna, il-​Bibbja. Ikkunsidra dan li ġej:

  • Il-​Bibbja hi “l-​iktar ktieb imqassam fl-​istorja,” tgħid The World Book Encyclopedia. “Ġiet tradotta iktar drabi u f’iktar lingwi minn kwalunkwe ktieb ieħor.” Issa l-​Bibbja kollha jew parti minnha hi disponibbli bi kważi 2,600 lingwa, u b’hekk hi aċċessibbli għal ’il fuq minn 90 fil-​mija tal-​umanità.

  • Ukoll, l-​għerf “jibqaʼ jgħajjat b’leħen għoli” f’sens iktar letterali. F’​Mattew 24:14 naqraw: “Din l-​aħbar tajba tas-​saltna tiġi pridkata fl-​art abitata kollha bħala xiehda lill-​ġnus kollha; u mbagħad jiġi t-​tmiem [tad-​dinja preżenti].”

Din “l-​aħbar tajba” hi għerf veru għax tirreferi għas-​soluzzjoni t’għerf t’Alla għall-​problemi tal-​bnedmin—Saltnatu. Din is-​Saltna hi gvern minn Alla li se jaħkem fuq l-​art kollha—dinja waħda, gvern wieħed. (Danjel 2:44; 7:13, 14) Kien għalhekk li Ġesù Kristu talab: “Ħa tiġi saltnatek. Ħa jkun li trid int, kif fis-​sema, ukoll fuq l-​art.”—Mattew 6:9, 10.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jqisuh privileġġ li jħabbru s-​Saltna t’Alla f’239 pajjiż! Iva, għerf—għerf divin—qiegħed verament “jgħajjat b’leħen għoli,” saħansitra “fid-​daħla taʼ l-​entraturi.” Tistaʼ tisimgħu?