Ebrej 8:1-13

8  Issa dwar dak li qed jiġi diskuss, dan hu l-​punt prinċipali: Għandna qassis il-​kbir+ bħal dan li qagħad bil-​qiegħda fuq il-​lemin tat-​tron tal-​Maestà fis-​smewwiet,+  qaddej pubbliku tal-​post qaddis+ u tat-​tinda vera, li bena Ġeħova,+ u mhux il-​bniedem.+  Għax kull qassis il-​kbir jinħatar biex joffri għotjiet u sagrifiċċji;+ għaldaqstant kien meħtieġ li dan ukoll ikollu xi ħaġa x’joffri.+  Issa, kieku kien fuq l-​art, ma kienx ikun qassis,+ peress li hemm bnedmin li joffru l-​għotjiet skond il-​Liġi,  u li qed jagħtu servizz sagru b’rappreżentazzjoni tipika+ u b’dell+ taʼ l-​affarijiet tas-​sema; bħalma Mosè, meta kien wasal biex ilesti t-​tinda,+ ngħata l-​kmand divin:+ Għax jgħid: “Qis li tagħmel kollox skond il-​mudell tiegħu li ntwerejt fuq il-​muntanja.”+  Imma issa Ġesù kiseb servizz pubbliku iktar eċċellenti, u b’hekk sar ukoll il-​medjatur+ taʼ patt li bl-​istess mod hu aħjar+ u li ġie stabbilit legalment fuq wegħdi aħjar.+  Għax kieku dak l-​ewwel patt kien bla nuqqas, ma kienx ikun hemm post għat-​tieni;+  għax hu tassew isib il-​ħtija fil-​poplu meta jgħid: “‘Ara! Għad jiġi żmien,’ jgħid Ġeħova, ‘meta nagħmel patt ġdid maʼ dar Israel u maʼ dar Ġuda;+  mhux bħall-​patt+ li għamilt maʼ missirijiethom dakinhar li qbadthom minn idhom biex noħroġhom mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ għax huma ma baqgħux fil-​patt tiegħi,+ u għalhekk ma bqajtx nieħu ħsiebhom,’ jgħid Ġeħova.”+ 10  “‘Għax dan hu l-​patt li nagħmel maʼ dar Israel wara dak iż-​żmien,’ jgħid Ġeħova. ‘Inqiegħed il-​liġijiet tiegħi f’moħħhom, u niktibhom fi qlubhom.+ U nsir Alla tagħhom,+ u huma jsiru l-​poplu tiegħi.+ 11  “‘U żgur ma jgħallmux wieħed lil ieħor, ċittadin lil sieħbu u ħu lil ħuh, billi jgħidu: “Kun af lil Ġeħova!”+ Għax kollha jkunu jafuni,+ mill-​iżgħar wieħed sa l-​akbar wieħed minnhom. 12  Għax inkun ħanin maʼ l-​għemejjel inġusti tagħhom, u żgur ma niftakarx iktar+ dnubiethom.’”+ 13  Meta qal “patt ġdid” hu warrab lil dak taʼ qabel.+ Issa dak li twarrab u għadda żmienu wasal biex jgħib.+

Noti taʼ taħt