Ebrej 5:1-14

5  Għax kull qassis il-​kbir li jittieħed minn fost il-​bnedmin jinħatar biex jagħti servizz lil Alla għan-​nom tal-​bnedmin,+ sabiex joffri għotjiet u sagrifiċċji għad-​dnubiet.+  Hu jistaʼ jittratta bil-​moderazzjoni lil dawk li ma jafux u li jiżbaljaw, ladarba anki hu mtaqqal bid-​dgħjufija tiegħu stess,+  u minħabba fiha jkollu jagħmel offerti għad-​dnubiet kemm għalih innifsu u kemm għall-​poplu.+  Ukoll, bniedem ma jiħux dan l-​unur minn jeddu,+ imma biss meta jiġi msejjaħ minn Alla,+ bħalma kien Aron.+  Hekk ukoll il-​Kristu ma pprovax jigglorifika lilu nnifsu+ billi sar qassis il-​kbir,+ imma kien glorifikat+ minn dak li dwaru qal: “Int ibni; jien, illum, sirt missierek.”+  Bħalma jgħid ukoll f’post ieħor: “Int qassis għal dejjem bl-​istess mod taʼ Melkisedek.”+  Meta kien bniedem, Kristu talab bil-​ħerqa u wkoll offra petizzjonijiet+ lil Dak li setaʼ jsalvah mill-​mewt, b’għajat qawwi+ u dmugħ, u t-​talb tiegħu ntlaqaʼ minħabba li kellu l-​biżaʼ t’Alla.+  Għalkemm kien Iben, tgħallem l-​ubbidjenza minn dak li sofra;+  u wara li kien magħmul perfett+ sar responsabbli mis-​salvazzjoni taʼ dejjem+ taʼ dawk kollha li jobduh,+ 10  għax hu ġie msejjaħ speċifikament minn Alla qassis il-​kbir bl-​istess mod taʼ Melkisedek.+ 11  Dwaru għandna ħafna affarijiet x’ngħidu u huma diffiċli biex tispjegahom ladarba sirtu tqal biex tisimgħu.+ 12  Għax, tabilħaqq, għalkemm s’issa jmisskom sirtu għalliema,+ reġaʼ għandkom bżonn lil min jgħallimkom mill-​bidu l-​affarijiet elementari+ tad-​dikjarazzjonijiet sagri t’Alla;+ u sirtu teħtieġu l-​ħalib, mhux l-​ikel solidu.+ 13  Għax kulmin jieħu mill-​ħalib mhux midħla tal-​kelma tas-​sewwa, għax għadu tarbija.+ 14  Imma l-​ikel solidu hu għan-​nies maturi, għal dawk li bl-​użu għandhom is-​sensi tagħhom+ imħarrġin biex jagħrfu jagħżlu kemm it-​tajjeb u kemm il-​ħażin.+

Noti taʼ taħt