Ebrej 6:1-20
6 Għaldaqstant, issa li tlaqna d-duttrina elementari+ dwar il-Kristu,+ ħa nirsistu lejn il-maturità,+ u ma nerġgħux inqiegħdu l-pedament,+ jiġifieri, l-indiema minn għemejjel mejtin,+ u l-fidi f’Alla,+
2 it-tagħlim fuq il-magħmudijiet+ u t-tqegħid taʼ l-idejn,+ l-irxoxt tal-mejtin+ u l-ġudizzju taʼ dejjem.+
3 U dan nagħmluh, jekk Alla jippermetti.+
4 Hu impossibbli għal dawk li kienu mdawlin darba għal dejjem,+ u li daqu l-għotja b’xejn tas-sema,+ u li kellhom sehem mill-ispirtu qaddis,+
5 u li daqu+ l-kelma eċċellenti t’Alla u l-qawwiet tas-sistema li ġejja,+
6 imma li jkunu tbiegħdu,+ li dawn jerġgħu jitqanqlu għall-indiema,+ għax huma stess jerġgħu jsammru maʼ zokk lill-Iben t’Alla u jesponuh għall-għajb quddiem kulħadd.+
7 Per eżempju, l-art li tixrob ix-xita li spiss taqaʼ fuqha, u li mbagħad tnibbet ħaxix tajjeb lil dawk li tiġi kultivata għalihom,+ tirċievi bi ħlas barka mingħand Alla.
8 Imma jekk tipproduċi xewk u għollieq, titwarrab u tkun waslet biex tinsteħet;+ u tispiċċa maħruqa.+
9 Madankollu, fil-każ tagħkom, maħbubin, aħna konvinti minn affarijiet aħjar u affarijiet li jwasslu għas-salvazzjoni, għalkemm qed nitkellmu b’dan il-mod.
10 Għax Alla mhux inġust biex jinsa għemilkom u l-imħabba li wrejtu għal ismu,+ peress li qdejtu lill-qaddisin+ u għadkom taqduhom.
11 Imma aħna nixtiequ li kull wieħed minnkom juri l-istess bżulija sabiex ikollu fiduċja sħiħa+ fit-tama+ sat-tmiem,+
12 biex ma titgħażżnux,+ imma timitaw+ lil dawk li bil-fidi u l-paċenzja jirtu l-wegħdi.+
13 Għax meta Alla għamel il-wegħda tiegħu lil Abraham,+ billi ma setax jaħlef b’xi ħadd akbar minnu, ħalef+ bih innifsu
14 u qal: “Żgur li nbierkek bil-kbir, u nkattrek bl-abbundanza.”+
15 U b’hekk, wara li wera l-paċenzja, Abraham kiseb din il-wegħda.+
16 Għax il-bnedmin jaħilfu b’min hu akbar minnhom,+ u l-ħalfa tagħhom hi t-tmiem taʼ kull kwistjoni, għax għalihom hi garanzija legali.+
17 B’dan il-mod, Alla, meta ried juri b’mod iktar abbundanti lill-werrieta+ tal-wegħda kemm l-iskop tiegħu ma jinbidilx,+ ikkonferma dan b’ħalfa,
18 sabiex, b’żewġ affarijiet li ma jinbidlux u li hu impossibbli li Alla jigdeb dwarhom,+ aħna, li ħrabna lejn il-kenn, ikollna inkuraġġiment qawwi biex naqbdu mat-tama+ mqiegħda quddiemna.
19 Din it-tama+ li għandna hi bħal ankra għal ruħna, żgura u soda, u tidħol ’il ġewwa mill-purtiera,+
20 fejn qabilna daħal għan-nom tagħna dak li ħejjielna t-triq,+ Ġesù, li sar qassis il-kbir għal dejjem bl-istess mod taʼ Melkisedek.+

