Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Jippritkaw Sabiex Jiġu Salvati?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Jippritkaw Sabiex Jiġu Salvati?

 Le. Aħna nieħdu sehem regolarment fil-ministeru minn dar għal dar, imma ma nemmnux li jekk nippritkaw se jkun jistħoqqilna li niġu salvati. (Efesin 2:8) Għala le?

 Aħseb dwar dan ix-xebh: Immaġina li raġel li jixtieq jagħmel il-ġid wiegħed għotja li tiswa ħafna lil kull min imur f’ċertu post f’data speċifika. Ma ssegwix int l-istruzzjonijiet tar-raġel jekk tkun tassew emmint fil-wegħda li għamel? U żgur! X’aktarx li wkoll tgħid lil ħbiebek u lil tal-familja dwar din l-opportunità sabiex anki huma jkunu jistgħu jibbenefikaw minnha. Minkejja dan, int ma tkunx ksibt l-għotja għax tkun segwejt l-istruzzjonijiet tar-raġel. Imma tirċievi l-għotja għax ir-raġel innifsu ried jagħtihielek.

 Bl-istess mod, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu fil-wegħda t’Alla li jagħti ħajja taʼ dejjem lil dawk kollha li jobduh. (Rumani 6:23) Aħna nistinkaw biex naqsmu t-twemmin tagħna m’oħrajn bit-tama li jibbenefikaw mill-wegħdi t’Alla. Imma ma nemmnux li se niksbu s-salvazzjoni tagħna billi nieħdu sehem fil-ministeru tagħna. (Rumani 1:17; 3:28) Fir-realtà, l-ebda bniedem ma jistaʼ qatt jagħmel biżżejjed biex ikun jistħoqqlu barka tal-għaġeb bħal din mingħand Alla. “Hu salvana minħabba l-ħniena tiegħu, u mhux minħabba l-affarijiet tajbin li għamilna.”—Titu 3:5, Contemporary English Version.