Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ġesù huwa s-​salvatur tagħna—Kif?

Ġesù huwa s-​salvatur tagħna—Kif?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Meta Ġesù miet, hu ta ħajtu bħala sagrifiċċju tal-​fidwa biex isalva l-​bnedmin leali. (Mattew 20:28) B’hekk, il-​Bibbja ssejjaħ lil Ġesù “s-​Salvatur tad-​dinja.” (1 Ġwanni 4:14) Tgħid ukoll: “F’ħadd iżjed m’hemm salvazzjoni, għax m’hemmx isem ieħor taħt is-​sema li ngħata lill-​bnedmin u li bih nistgħu niġu salvati.”—Atti 4:12.

Ġesù ‘daq il-​mewt għal kull bniedem’ li juri fidi fih. (Ebrej 2:9; Ġwanni 3:16) Wara dan, “Alla qajmu mill-​imwiet,” u Ġesù reġaʼ lura fis-​sema bħala spirtu. (Atti 3:15) Hemmhekk, Ġesù jistaʼ “jsalva għalkollox lil dawk li qed jersqu lejn Alla permezz tiegħu, għax hu dejjem ħaj biex jitlob bil-​ħniena għalihom.”—⁠Ebrej 7:25.

Għala għandna bżonn li Ġesù jitlob bil-​ħniena għalina?

Aħna lkoll midinbin. (Rumani 3:23) Id-​dnub jibni ħajt bejnna u bejn Alla u jwassal għall-​mewt. (Rumani 6:23) Imma Ġesù jservi bħala “ajjutant,” jew avukat, għal dawk li juru fidi fis-​sagrifiċċju tiegħu bħala fidwa. (1 Ġwanni 2:1) Hu jitlob bil-​ħniena f’isimhom lil Alla biex jismaʼ talbhom u jaħfrilhom dnubiethom fuq il-​bażi tas-​sagrifiċċju tal-​mewt taʼ Ġesù. (Mattew 1:21; Rumani 8:34) Alla jwieġeb għal dan it-​talb bil-​ħniena taʼ Ġesù għax huwa fi qbil mar-​rieda t’Alla. Alla bagħat lil Ġesù fuq l-​art “biex id-​dinja tiġi salvata permezz tiegħu.”—Ġwanni 3:17.

Li nemmnu b’Ġesù huwa biżżejjed biex insalvaw?

Le. Għalkemm irridu nemmnu b’Ġesù biex insalvaw, hemm iktar involut. (Atti 16:30, 31) Il-​Bibbja tgħid: “Bħalma l-​ġisem mingħajr l-​ispirtu hu mejjet, hekk ukoll il-​fidi mingħajr l-​għemejjel hi mejta.” (Ġakbu 2:26) Sabiex niġu salvati, irridu:

  • Nitgħallmu dwar Ġesù u Missieru, Ġeħova.—Ġwanni 17:3.

  • Inkabbru l-​fidi tagħna fihom.—Ġwanni 12:44; 14:1.

  • Nuru l-​fidi tagħna fihom billi nobdu l-​kmandamenti tagħhom. (Luqa 6:46; 1 Ġwanni 2:17) Ġesù għallem li mhux kull min isejjaħlu “Mulej” jiġi salvat, imma dawk biss li ‘jagħmlu r-​rieda taʼ Missieru li hu fis-​smewwiet.’—Mattew 7:21.

  • Inkomplu nuru fidi minkejja l-​isfidi li ngħaddu minnhom. Ġesù ħareġ dal-​punt meta qal: “Min jissaporti sat-​tmiem jiġi salvat.”—Mattew 24:13.