Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

AspctStyle/stock.adobe.com

KAMPANJA TAT-TIFKIRA

Ġesù Se Jeqred il-Gwerer

Ġesù Se Jeqred il-Gwerer

 Meta Ġesù kien fuq l-art, hu wera mħabba kbira għan-nies tant li kien lest li jmut għalihom. (Mattew 20:28; Ġwanni 15:13) Dalwaqt, hu se jerġaʼ juri kemm iħobb lin-nies billi juża l-awtorità tiegħu bħala r-Re tas-Saltna t’Alla biex “iwaqqaf il-gwerer tad-dinja kollha.”—Salm 46:9.

 Ara x’tgħid il-Bibbja dwar dak li se jagħmel Ġesù:

  •   “Hu se jeħles lill-fqir li jgħajjatlu għall-għajnuna, u anki lill-batut u lil min m’għandux min jgħinu. Hu se jitħassar lill-batut u lill-fqir, u l-foqra se jsalvahom. Hu se jeħlishom mill-moħqrija u mill-vjolenza.”—Salm 72:12-14.

 Kif nistgħu nuru li napprezzaw dak kollu li Ġesù għamel għalina u li se jagħmel dalwaqt? F’​Luqa 22:19, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu biex jiftakru fil-mewt tiegħu. Hu għalhekk li kull sena, fl-anniversarju tal-mewt tiegħu, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jiltaqgħu flimkien għal din l-okkażjoni importanti. Aħna nistidnuk biex tkun magħna għat-Tifkira tal-mewt taʼ Ġesù li se tkun il-Ħadd, 24 taʼ Marzu 2024.

Sib it-Tifkira