IT-TORRI TAL-GĦASSA

Lilek Gidbulek?

Malti
Lilek Gidbulek?
/assets/ct/28ada02fb0/images/syn_placeholder_sqr.png
w12 1/1 p. 3

Lilek Gidbulek?

Lilek Gidbulek?

KEMM tħossok imweġġaʼ meta ssir taf li xi ħadd li tafdah gidiblek! Għandek mnejn tħossok umiljat, irrabjat, jew saħansitra tradut. Il-​gideb ikisser ħbiberiji u żwiġijiet; bi frodi jisraq miljuni bla għadd taʼ ewro mingħand in-​nies.

Allura, immaġina kif tħossok kieku kellek issir taf li gidbulek dwar Alla. Jekk int reliġjuż, l-​effett jistaʼ jkun kbir ħafna, bħalma kien għal dawn l-​uħud li kienu jmorru l-​knisja:

● “Ħassejt li l-​knisja kienet ittradietni.”—DEANNE.

● “Kont irrabjat. Ħassejtni li kont ġejt ingannat—li t-​tamiet u l-​miri tiegħi kienu sfaxxaw fix-​xejn.”—LUIS.

Għandu mnejn li lanqas jgħaddilek minn moħħok li gidbulek dwar Alla. Dak li taf forsi tgħallimtu mingħand xi ħadd li tafda u li qatt mhu se jweġġgħek apposta—il-​ġenituri tiegħek, qassis, kappillan, jew ħabib tal-​qalb. Forsi ilek temmen ċertu tagħlim ħajtek kollha. Imma ma taqbilx li saħansitra twemmin emmnut minn ħafna nies jistaʼ jkun falz? Franklin D. Roosevelt li kien president tal-​Istati Uniti rrikonoxxa dan il-​fatt, għax hu qal: “Ir-​ripetizzjoni ma tbiddilx gidba f’verità.”

Kif tistaʼ tkun taf jekk gidbulekx? Ġesù darba fit-​talb qal lil Alla: “Kelmtek hi l-​verità.” (Ġwanni 17:17) Iva, il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja, fiha dak li għandna bżonn sabiex nagħrfu l-​verità mill-​gideb.

Għala ma tħallix il-​Bibbja tikxef ħames gidbiet komuni dwar Alla? Se tara kif il-​verità tistaʼ tbiddillek ħajtek għall-​aħjar.