IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU

Inti Diskret?

Malti
Inti Diskret?
https://assetsnffrgf-a.akamaihd.net/assets/ct/d71826a198/images/syn_placeholder_sqr.png
w00 10/1 p. 32

Inti Diskret?

Inti Diskret?

META ġie biex jaħtar imħallfin f’Iżrael, Mosè stinka biex isib “irġiel għorrief u diskreti u bl-​esperjenza.” (Dewteronomju 1:​13, NW) Ma ridux ikunu bl-​esperjenza biss, li hi xi ħaġa li tiġi biż-​żmien. L-​għerf u d-​dehen kienu importanti wkoll.

Wieħed li hu diskret juri li jaf jiżen kliemu u għemilu. Skond il-​Webster’s Ninth New Collegiate Dictionary, min hu diskret huwa wkoll “kapaċi jżomm fommu sieket meta jkun hemm bżonn.” Tabilħaqq, hemm “żmien li titkellem,” u hemm “żmien li tiskot,” u min hu diskret japprezzaha d-​differenza. (Koħèlet 3:7) Taʼ spiss ikun hemm raġuni tajba għalxiex toqgħod sieket, għax il-​Bibbja tistqarr: “Il-​kliem żejjed m’hux nieqes mill-​ħtija; meqjus fi kliemu min hu bil-​għaqal.”​—Proverbji 10:19.

Il-Kristjani joqogħdu attenti li jkunu diskreti fil-​mod kif jaġixxu bejniethom. Min jitkellem l-​iktar spiss jew l-​iktar bil-​qawwa mhux dejjem ikun l-​iktar wieħed importanti jew l-​iktar wieħed li mingħajru ma jsir xejn. Ftakar li Mosè kien “qawwi fi kliemu,” imma ma setax imexxi l-​ġens taʼ Iżrael b’mod effettiv sakemm tgħallem ikun paċenzjuż, ġwejjed u mrażżan. (Atti 7:​22) Għalhekk, min hu fdat b’awtorità fuq ħaddieħor irid jistinka b’mod speċjali biex ikun modest u jkun lest iċedi.​—Proverbji 11:2, NW.

Lil dawk li Ġesù Kristu fdalhom “ġidu kollu,” il-​Kelma t’Alla tiddeskrivihom bħala li huma ‘leali u diskreti.’ (Mattew 24:45-​47, NW) Dawn ma jiġrux b’mod li m’huwiex modest u jaġixxu qabel ma jgħid Jehovah billi jagħmlu kulma jiġi f’moħħhom; imma lanqas ma joqogħdu jitnikkru meta d-​direzzjoni t’Alla tkun ċara dwar xi ħaġa. Jafu meta hu ż-​żmien biex jitkellmu u meta hu ż-​żmien biex joqogħdu siekta jistennew sakemm l-​affarijiet jiċċaraw ruħhom. Il-​Kristjani kollha jagħmlu sew li mhux biss jimitaw il-​fidi tagħhom imma wkoll li jkunu diskreti, bħall-​klassi taʼ l-​ilsir.—​Lhud 13:7.