STENBAĦ!

Omm Għaqlija

Malti
Omm Għaqlija
/assets/ct/28ada02fb0/images/syn_placeholder_sqr.png
g04 7/8 p. 32

Omm Għaqlija

Omm Għaqlija

Omm li tagħraf u tieħu ħsieb il-​bżonnijiet tat-​tfal tagħha tħabrek biex tagħtihom ikel materjali li fih in-​nutrimenti. Hi tħabrek bl-​istess mod biex tipprovdi nutriment spiritwali.

Dan l-​aħħar, mara fil-​Brażil, kitbet lill-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Jehovah f’dan il-​pajjiż biex tesprimi l-​apprezzament tagħha għall-​pubblikazzjoni Alla X’Jirrikjedi Minna? Hi kitbet, “Dan il-​browxer verament laqatni. Meta kont qed nagħti daqqa t’għajn lil-​lezzjoni dwar prattiċi li ma jogħġbux lil Alla, mill-​ewwel irrealizzajt li jkun tajjeb li naqsam din l-​informazzjoni importanti maʼ wliedi​—żewġt ibniet, waħda taʼ 10 snin u l-​oħra taʼ 11, u tifel taʼ 5 snin.” Hi tkompli: “Kemm hu importanti li jkolli letteratura bħal din biex ngħallem it-​triqat t’Alla lill-​familja tiegħi!”

Hi xtaqet ukoll li jintbagħtulha iktar pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja. Jekk int ukoll tixtieq ikel spiritwali, kemm għalik u kemm għal membri tal-​familja tiegħek, tistaʼ tirċievi kopja taʼ Alla X’Jirrikjedi Minna? Sempliċement imla l-​kupun t’hawnhekk u ibagħtu fl-​indirizz li hemm fuq il-​kupun jew fl-​indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Mingħajr ebda rbit nitlob kopja tal-​browxer Alla X’Jirrikjedi Minna?

Indika b’liema lingwa.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.