Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Eżempju taʼ Min Jimitah—Mosè

Eżempju taʼ Min Jimitah—Mosè

Eżempju taʼ Min Jimitah—Mosè

Mosè kellu bosta vantaġġi fil-​ħajja. Hu ġie mrobbi fil-​familja rjali tal-​Fargħun u ġie istruwit fl-​għerf kollu tal-​Eġittu. (Atti 7:22) X’kien se jagħmel bit-​taħriġ tiegħu? Hu setaʼ jikseb il-​fama, l-​għana, u s-​setgħa. Madankollu, hu ma ġiex influwenzat mill-​pressjoni li għamlulu n-​nies taʼ madwaru, u lanqas ma ġie mħajjar minn xi ambizzjoni egoistika. Minflok, hu għażel karriera li bla dubju ssorprendiet lil ħafna wħud. Hu għażel li “jkun trattat ħażin mal-​poplu t’Alla.” (Ebrej 11:25) Mosè x’tilef għax għamel din l-​għażla? Xejn. Minħabba li għażel li jaqdi lil Alla u li jgħin lin-​nies, hu gawda ħajja eċċitanti u premjanti.

Jekk għandek l-​opportunità li jkollok edukazzjoni bażika tajba, x’se tagħmel b’dan il-​vantaġġ? Int tistaʼ jew tagħmel il-​flus u s-​setgħa l-​mira prinċipali f’ħajtek jew inkella, bħal Mosè, int tistaʼ tagħmel xi ħaġa tassew taʼ siwi b’ħajtek. Tistaʼ tuża l-​abbiltajiet mentali u fiżiċi biex taqdi lil Alla u lill-​proxxmu tiegħek. (Mattew 22:35-​40) L-​ebda mod ieħor taʼ ħajja mhu daqstant premjanti!