Sofonija 3:1-20

3  Gwaj għaliha dik li qed tirribella u titniġġes, il-​belt oppressiva!+  Ma semgħetx minn leħen;+ m’aċċettatx id-​dixxiplina.+ Ma fdatx f’Ġeħova.+ Ma resqitx qrib lejn Alla tagħha.+  Il-prinċpijiet tagħha f’nofsha kienu ljuni jgħajtu.+ L-​imħallfin tagħha kienu lpup taʼ fil-​għaxija li ma baqgħux igerrmu l-​għadam sa fil-​għodu.+  Il-profeti tagħha kienu insolenti, kienu rġiel tradituri.+ Il-​qassisin tagħha kasbru dak li kien qaddis; kisru l-​liġi.+  Ġeħova kien ġust f’nofsha;+ m’għamel ebda inġustizzja.+ Kull fil-​għodu baqaʼ jagħtihom id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu.+ Mad-​dawl taʼ l-​għodwa ma kinitx tkun nieqsa.+ Imma l-​inġust ma kienx jaf x’inhi mistħija.+  “Jien qaċċatt il-​ġnus; it-​torrijiet tagħhom tal-​kantunieri ntgħamlu ħerba. Ħarbatt it-​toroq tagħhom, u b’hekk ma kien hemm ħadd għaddej minnhom. Il-​bliet tagħhom ġew abbandunati, u b’hekk ma kien hemm ebda bniedem fihom, ebda abitant.+  Jien għedt lill-​belt, ‘Żgur li int se tibżaʼ minni; se taċċetta d-​dixxiplina’;+ u b’hekk il-​post fejn tgħammar ma jinqeridx+ minħabba dak kollu li se nitlob kont tiegħu minnha.+ Imma tabilħaqq huma kienu ħfief biex jagħmlu l-​ħsara.+  “‘Għalhekk ibqgħu stennewni,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘sal-​jum li fih inqum biex naħtaf il-​priża,+ għax id-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħi hi li niġbor il-​ġnus,+ li niġmaʼ flimkien saltniet, sabiex insawwab fuqhom il-​kundanna tiegħi,+ ir-​rabja taħraq kollha tiegħi; għax bin-​nar taż-​żelu tiegħi l-​art kollha se tinbelaʼ.+  Għax f’dak iż-​żmien se nagħti lill-​popli l-​bidla għal lingwa pura,+ biex ilkoll isejħu isem Ġeħova,+ biex jaqduh spalla maʼ spalla.’+ 10  “Dawk li qed jitolbuni bil-​ħrara, jiġifieri, l-​imxerrdin tiegħi, se jġibuli għotja+ mir-​reġjun tax-​xmajjar taʼ l-​Etjopja. 11  F’dak il-​jum m’intix se tistħi minħabba l-​għemejjel kollha tiegħek li bihom inqast kontrija,+ għax imbagħad jien se nneħħi minn nofsok lil dawk li ferħu b’suppervja;+ u qatt iktar ma se tkun supperva fuq il-​muntanja qaddisa tiegħi.+ 12  U se nħalli f’nofsok poplu umli u ġwejjed,+ u huma se jistkennu fl-​isem taʼ Ġeħova.+ 13  U dawk li jifdal minn Israel+ ma se jagħmlu ebda inġustizzja,+ lanqas ma se jgħidu xi gidba+ jew jinstab f’fommhom ilsien qarrieq;+ għax huma nfushom se jieklu u jimteddu fil-​wisaʼ,+ u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.”+ 14  Għajjat bil-​ferħ, O bint Sijon! Infexx f’tifħir,+ O Israel! Thenna u ifraħ b’qalbek kollha, O bint Ġerusalemm!+ 15  Ġeħova neħħa l-​ġudizzji minn fuqek.+ Hu biegħed l-​għadu tiegħek.+ Is-​sultan taʼ Israel, Ġeħova, qiegħed f’nofsok.+ M’intix se tibżaʼ iktar mill-​gwaj.+ 16  F’dak il-​jum se jingħad lil Ġerusalemm: “Tibżax, O Sijon.+ Ħa ma jintelqux idejk.+ 17  Ġeħova Alla tiegħek qiegħed f’nofsok. Bħala Wieħed setgħan, hu se jagħtik salvazzjoni.+ Se jithenna minħabba fik b’ferħ kbir.+ Se jistrieħ għax ikun sodisfatt bl-​imħabba li wriek. Se jifraħ minħabba fik b’għajat hieni. 18  “Se niġbor flimkien+ lil dawk milqutin min-​niket+ għax ma kinux hemmhekk fl-​istaġun tiegħek tal-​festi; ma kinux miegħek, għax ġarrew it-​tmaqdir tagħhom.+ 19  Ara, f’dak iż-​żmien+ se naġixxi kontra dawk kollha li ġegħluk issofri; u se nsalva lil dik li qed izzappap+ u niġbor flimkien lil dawk li huma mxerrdin.+ U nara li jkollhom tifħir u isem tajjeb fl-​art kollha fejn ġew imġegħlin jistħu. 20  F’dak iż-​żmien se ndaħħalkom ġewwa, iva, fiż-​żmien meta niġborkom flimkien. Għax se nġegħelkom tkunu msemmijin u mfaħħrin fost il-​popli kollha taʼ l-​art, meta niġbor lura lill-​imjassrin tagħkom quddiem għajnejkom,” qal Ġeħova.+

Noti taʼ taħt