Mikea 7:1-20

7  Jaħasra għalija,+ għax sirt bħall-​ġbir tal-​frott tas-​sajf, bħat-​tilqit wara l-​ġbir taʼ l-​għeneb!+ M’hemm ebda għanqud għeneb x’niekol, ebda tina bikrija, li ruħi tkun tixtieq!+  Il-leali għab minn fuq l-​art, u fost il-​bnedmin m’hemm ħadd rett.+ Ilkoll kemm huma lesti biex ixerrdu d-​demm.+ Jonsob, kull wieħed lil ħuh stess, b’xibka kbira.+  Idejhom pronti biex jagħmlu d-​deni, biex jagħmluh sew;+ il-​prinċep qed jitlob xi ħaġa, u min jagħmel il-​ħaqq jagħmlu għall-​premju,+ u l-​kbir jitkellem ix-​xenqa taʼ ruħu, tiegħu stess;+ u b’hekk jikkonfoffaw flimkien.  L-aqwa fosthom hu bħal għollieqa, l-​iktar rett fosthom hu agħar minn ċint tax-​xewk.+ Il-​jum li tkellmu dwaru l-​għassiesa tiegħek, li fih int tingħata attenzjoni, irid jiġi.+ Imbagħad jiġri li huma jitħawdu.+  Tpoġġux il-​fidi tagħkom f’xi sieħeb. Tpoġġux il-​fiduċja tagħkom f’xi ħabib tal-​qalb.+ Minn dik li toqgħod fi ħdanek għasses il-​bwieb taʼ fommok.+  Għax iben jistmerr lil missieru; bint tqum kontra ommha;+ il-​mara tat-​tifel kontra l-​kunjata tagħha;+ l-​għedewwa taʼ raġel ikunu n-​nies taʼ daru.+  Imma jien lil Ġeħova nibqaʼ nfittex.+ Jien se nistenna b’attitudni xierqa lill-​Alla tas-​salvazzjoni tiegħi.+ Alla tiegħi se jismagħni.+  Tithenniex minħabba fija, O mara għadu tiegħi.+ Għalkemm waqajt, nerġaʼ nqum;+ għalkemm ngħammar fid-​dlam,+ Ġeħova jkun dawl għalija.+  Il-korla taʼ Ġeħova nissaportiha—għax dnibt kontrih+—sakemm imexxi l-​kawża legali tiegħi u jwettaq il-​ġustizzja għalija.+ Hu joħroġni għad-​dawl; jien nara s-​sewwa tiegħu.+ 10  U din, l-​għadu tiegħi, se tara u l-​għajb jgħattiha,+ dik li kienet tgħidli: “Fejn hu, Ġeħova Alla tiegħek?”+ Għajnejja stess iħarsu lejha.+ Issa se tkun mgħaffġa, bħat-​tajn tat-​toroq.+ 11  Il-jum biex jinbnew il-​ħitan tiegħek tal-​ġebel, f’dak il-​jum id-​digriet ikun ’il bogħod.+ 12  F’dak il-​jum jiġu għandek saħansitra t-​triq kollha mill-​Assirja u mill-​bliet taʼ l-​Eġittu, u mill-​Eġittu saħansitra t-​triq kollha sax-​Xmara;*+ u minn baħar sa baħar, u minn muntanja sa muntanja.+ 13  U l-​art issir ħerba minħabba l-​abitanti tagħha, minħabba frott għemilhom.+ 14  Irgħa l-​poplu tiegħek bil-​ħatar tiegħek,+ il-​merħla tal-​wirt tiegħek, dak li kien jgħammar waħdu ġo foresta—f’nofs ġnien tal-​frott.+ Ħa jirgħu fil-​Basan u f’Gilegħad+ bħal fil-​jiem taʼ żmien twil ilu.+ 15  “Bħal fil-​jiem taʼ meta int ħriġt mill-​art taʼ l-​Eġittu jien se nurih affarijiet taʼ l-​għaġeb.+ 16  Il-ġnus jaraw u jistħu minħabba s-​setgħa tagħhom.+ Iqiegħdu idhom fuq fommhom;+ widnejhom jittarrxu. 17  Jilagħqu t-​trab bħas-​sriep;+ bħar-​rettili taʼ l-​art huma joħorġu mregħdin mill-​fortizzi tagħhom.+ Lejn Ġeħova Alla tagħna jiġu jirtogħdu, u jibżgħu minnek.”+ 18  Min hu Alla bħalek,+ li jaħfer l-​iżball u jħalli għaddej in-​nuqqas+ tal-​fdal tal-​wirt tiegħu?+ Żgur li ma jibqax irrabjat għal dejjem, għax jitgħaxxaq bil-​qalb tajba bl-​imħabba.+ 19  Hu jerġaʼ jħenn għalina;+ jgħaffeġ taħt saqajh l-​iżbalji tagħna.+ U int tixħet f’qiegħ il-​baħar dnubiethom kollha.+ 20  Turi l-​verità u l-​fedeltà li wrejt maʼ Ġakobb, il-​qalb tajba bl-​imħabba li wrejt m’Abraham, li ħlift lil missirijietna minn żmien il-​qedem.+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, l-​Ewfrat.