Galatin 3:1-29

3  O Galatin bla sens, min influwenzakom għall-​ħażin,+ intom li quddiem għajnejkom ngħatajtu stampa ċara taʼ Ġesù Kristu msammar maʼ zokk?+  Dan biss irrid inkun naf mingħandkom: L-​ispirtu+ rċivejtuh minħabba l-​għemejjel tal-​liġi+ jew minħabba s-​smigħ+ bil-​fidi?  Intom daqshekk bla sens? Wara li bdejtu fl-​ispirtu,+ issa qed tispiċċaw fil-​laħam?+  Hu għalxejn li għaddejtu minn tant sofferenzi?+ Jekk tassew kien għalxejn.  Għalhekk, dak li jagħtikom l-​ispirtu+ u jwettaq għemejjel setgħanin+ fostkom, jagħmel dan minħabba l-​għemejjel tal-​liġi jew minħabba s-​smigħ bil-​fidi?  Bħalma Abraham “poġġa l-​fidi f’Ġeħova, u dan ngħaddlu bħala ġustizzja.”+  Żgur li tafu li dawk li jżommu mal-​fidi+ huma wlied Abraham.+  Issa l-​Iskrittura, peress li rat bil-​quddiem li Alla kien se jiddikjara ġusti lin-​nies tal-​ġnus minħabba l-​fidi, xandret l-​aħbar tajba minn qabel lil Abraham, jiġifieri: “Permezz tiegħek jitbierku l-​ġnus kollha.”+  Għaldaqstant, dawk li jżommu mal-​fidi qed jitbierku+ flimkien m’Abraham li wera l-​fedeltà.+ 10  Għax kulmin jiddependi mill-​għemejjel tal-​liġi qiegħed taħt saħta; għax hu miktub: “Misħut kulmin ma jibqax jagħmel kulma hu miktub fir-​romblu tal-​Liġi.”+ 11  Iktar minn hekk, li bil-​liġi ħadd ma jiġi dikjarat ġust+ quddiem Alla jidher ċar, għax “il-​ġust jgħix permezz tal-​fidi.”+ 12  Issa l-​Liġi ma tiddependix mill-​fidi, imma “min iħarishom jgħix permezz tagħhom.”+ 13  Kristu xtrana+ u ħelisna+ mis-​saħta tal-​Liġi billi sar saħta+ minflokna, għax hu miktub: “Misħut kulmin ikun imdendel maʼ zokk.”+ 14  L-iskop kien li l-​barka t’Abraham isseħħ permezz taʼ Ġesù Kristu għall-​ġnus,+ sabiex permezz tal-​fidi tagħna+ nirċievu l-​ispirtu mwiegħed.+ 15  Ħuti, nitkellem b’tixbiha mill-​ħajja tal-​bniedem: Ħadd ma jistaʼ jwarrab patt validu jew iżid miegħu, għalkemm dan ikun għamlu bniedem.+ 16  Issa l-​wegħdi ntqalu lil Abraham+ u lil nislu.+ Ma jgħidx: “U lill-​insla,” bħallikieku kienu ħafna, imma bħallikieku kien wieħed:+ “U lil nislek,”+ li hu Kristu.+ 17  Iktar minn hekk, ngħid dan: Rigward il-​patt li minn qabel kien magħmul validu minn Alla,+ il-​Liġi li bdiet teżisti erbaʼ mija u tletin sena+ wara ma tagħmlux invalidu u ġġib il-​wegħda fix-​xejn.+ 18  Għax jekk il-​wirt ġej bis-​saħħa tal-​liġi, m’għadux iktar bis-​saħħa tal-​wegħda;+ imma lil Abraham Alla tahulu b’qalb tajba permezz taʼ wegħda.+ 19  Għala, allura, il-​Liġi? Ġiet miżjuda biex tagħmel in-​nuqqasijiet jidhru,+ sakemm jasal+ in-​nisel li lilu saret il-​wegħda; u ngħatat permezz taʼ l-​anġli+ bl-​id taʼ medjatur.+ 20  Issa, m’hemmx medjatur meta persuna waħda biss tkun konċernata, imma Alla hu wieħed biss.+ 21  Għalhekk, hi l-​Liġi kontra l-​wegħdi t’Alla?+ Jalla qatt ma jkun dan! Għax kieku ngħatat liġi li setgħet tagħti l-​ħajja,+ allura l-​ġustizzja kienet tkun permezz tal-​liġi.+ 22  Imma l-​Iskrittura+ tat kollox f’idejn id-​dnub,+ sabiex il-​wegħda li tiġi mill-​fidi f’Ġesù Kristu tingħata lil dawk li jeżerċitaw il-​fidi.+ 23  Madankollu, qabel waslet il-​fidi,+ konna mgħassin mil-​liġi,+ għax ngħatajna lkoll f’idejha, waqt li stennejna l-​fidi li kienet se tiġi rivelata.+ 24  Għaldaqstant, il-​Liġi kienet tmexxina qisna tfal* lejn Kristu,+ biex niġu dikjarati ġusti+ minħabba l-​fidi. 25  Imma issa li waslet il-​fidi,+ m’għadniex iktar taħt min imexxina qisna tfal.+ 26  Fil-fatt, intom kollha wlied+ Alla permezz tal-​fidi tagħkom fi Kristu Ġesù. 27  Għax intom ilkoll li tgħammidtu fi Kristu+ lbistu lil Kristu.+ 28  La hemm Lhudi u lanqas Grieg,+ la lsir u lanqas ħieles,+ la raġel u lanqas mara;+ għax intom ilkoll persuna waħda f’unjoni maʼ Kristu Ġesù.+ 29  Barra minn hekk, jekk intom taʼ Kristu, intom tassew nisel Abraham,+ werrieta skond il-​wegħda.+

Noti taʼ taħt

Ara l-​1Ko 4:15, in-​nota taʼ taħt.