Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għaż-​Żgħażagħ

Evita Sħubija taʼ Ħsara!

Evita Sħubija taʼ Ħsara!

Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-​istudju f’post kwiet. Hekk kif taqra l-​iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dik il-​ġrajja. Ġib ix-​xena quddiem għajnejk. Ismaʼ lin-​nies jitkellmu. Ħoss l-​emozzjonijiet tal-​karattri. Aħseb dwar ir-​rakkont bħallikieku huwa reali.

Karattri prinċipali: Dina, Sikem, Ġakobb, Simegħon, u Levi

Sommarju: Dina tiġi stuprata minn Sikem, u ħutha li huma mgħaddbin ifittxu l-​vendetta.

1 ANALIZZA X-​XENA.​—AQRA ĠENESI 34:1-​31.

Liema attivitajiet taħseb li Dina kienet tieħu sehem fihom maʼ sħabha f’Kangħan?

․․․․․

B’liema tip taʼ raġunar timmaġina li Sikem baqaʼ “jkellimha biex jipperswadiha” lil Dina?

․․․․

Liema emozzjonijiet tħoss fil-​leħen taʼ Ġakobb meta jċanfar lil Simegħon u Levi f’vers 30?

․․․․․

2 ĦAFFER IKTAR FIL-​FOND.

Dina għala taħseb li kienet iżżurhom spiss lill-​bniet taʼ Kangħan? (Pereżempju, x’setaʼ kellha inkomuni magħhom? X’setgħet forsi ssib fost in-​nies taʼ Kangħan li ma setgħetx issib id-​dar?)

․․․․․

Liema kwalitajiet attraenti setgħet rat Dina f’Sikem? (Erġaʼ aqra versi 3, 12, u 19.)

․․․․․

Il-​Bibbja kif tindika li Dina ma riditx tieħu sehem fl-​att sesswali? (Erġaʼ aqra vers 2.)

․․․․․

Taħseb li kien xieraq għal Simegħon u Levi li jagħmlu vendetta billi joqtlu lill-​abitanti tal-​belt taʼ Sikem? Għala, jew għala le?

․․․․․

3 APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .

Il-​bżonn li tagħżel lil sħabek b’mod għaqli.

․․․․․

Il-​bżonn tar-​rażan, anki jekk ikollok raġun tkun irrabjat.

․․․․․

GĦAL IKTAR APPLIKAZZJONI.

Liema passi tistaʼ tieħu biex tevita li tiġi esplojtat sesswalment minn nies li m’għandhomx rispett għal-​livelli morali t’Alla?

․․․․․

4 LIEMA ASPETT F’DAN IR-​RAKKONT HU L-​IKTAR SINIFIKANTI GĦALIK, U GĦALA?

․․․․․

Jekk m’għandekx Bibbja, staqsi lix-​Xhieda taʼ Ġeħova għal waħda, jew aqraha fuq is-​sit www.watchtower.org