IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU

“Tlestiet”

Malti
“Tlestiet”
/assets/ct/fa815d8e9f/images/syn_placeholder_sqr.png
w05 7/1 p. 32

“Tlestiet”

“Tlestiet”

FIS-​SENA 2002, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova kellhom konvenzjoni distrettwali fil-​belt taʼ Mbandaka, fil-​majjistral tar-​Repubblika Demokratika tal-​Kongo. Meta fil-​konvenzjoni ħarġet it-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Griega Kristjana bil-​Lingala, dawk fl-​udjenza letteralment qabżu bil-​ferħ, u xi wħud bkew. Iktar tard, in-​nies ġrew lejn il-​palk biex jaraw il-​Bibbja l-​ġdida aħjar, u bdew jgħajtu: “Basuki, Basambwe,” li tfisser: “Tlestiet! Għelibniehom!”

Għala dawk fl-​udjenza kienu daqshekk ferħanin, u x’riedu jgħidu b’dak il-​kliem? F’ċerti partijiet taʼ Mbandaka, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ma setgħux jiksbu Bibbji bil-​Lingala. Għala? Għaliex il-​knejjes ma ridux ibigħuhom lix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Ix-​Xhieda kien ikollhom jistaqsu lil xi ħadd li ma kienx Xhud biex jikseb kopji għalihom. Issa, tgħidx kemm ferħu għaliex il-​knejjes issa ma setgħux iżommuhom milli jiksbu l-​Bibbji.

It-traduzzjoni l-​ġdida se tkun taʼ benefiċċju mhux biss għax-​Xhieda taʼ Ġeħova imma wkoll għall-​pubbliku in ġenerali. Raġel li setaʼ jismaʼ l-​programm f’daru permezz tal-​loudspeakers fil-​post taʼ l-​assemblea, kiteb lill-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova: “Veru nħossni kuntent minħabba li ħarġet il-​Bibbja. Se tgħinna nifhmu ħafna affarijiet. M’iniex wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova, imma ninsab ħerqan biex nirċievi din il-​Bibbja li għadkom kif ippubblikajtu.”

It-Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Mqaddsa sħiħa issa hija disponibbli fi 33 lingwa, u l-​Iskrittura Griega Kristjana, fi 19-il lingwa oħra, inkluż il-​Lingala. Għala ma tistaqsix lil wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova dwar kif tistaʼ tikseb kopja taʼ din it-​traduzzjoni mill-​aqwa?