IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU

Int Mistieden b’Mod Kordjali

Malti
Int Mistieden b’Mod Kordjali
/assets/ct/28ada02fb0/images/syn_placeholder_sqr.png
w03 4/1 p. 32
Int Mistieden b’Mod Kordjali

Int Mistieden b’Mod Kordjali

L-​AĦĦAR Ikla, li stabbilixxa l-​Mulej Ġesù Kristu xi 2,000 sena ilu, m’hijiex sempliċement ġrajja taʼ interess storiku. Minn meta ġiet inawgurata, ħalliet effett qawwi fuq ħafna nies. Minħabba li tqanqlu b’dak li qraw fir-​rakkonti taʼ l-​Evanġelju dwar x’seħħ f’dak il-​lejl, ħafna stinkaw biex ifakkru l-​Ikla tal-​Mulej b’diversi modi.

Dan kollu nistgħu nifhmuh peress li Ġesù Kristu stess ikkmanda li s-​segwaċi tiegħu josservaw din il-​ġrajja u jagħmlu dan regolarment. Hu qalilhom b’mod speċifiku: “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.”—Luqa 22:19; 1 Korintin 11:​23-25.

M’għandniex xi ngħidu, biex l-​osservanza tkun verament esperjenza premjanti, wieħed irid jifhem eżatt xi tfisser, bħalma nsibu fil-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. Barra minn hekk, huwa importanti li nkunu nafu x’tgħid il-​Bibbja dwar meta u kif għandha tiġi ċelebrata din il-​ġrajja.

Biex jobdu l-​kmand taʼ Ġesù, ix-​Xhieda taʼ Jehovah madwar id-​dinja se jinġabru flimkien nhar l-​Erbgħa fil-​għaxija, 16 t’April, 2003, biex ifakkru il-​mewt taʼ Ġesù. Għalihom, se tkun okkażjoni biex jeżaminaw l-​Iskritturi u jġeddu l-​fidi u l-​imħabba tagħhom għall-​Mulej Ġesù Kristu, li qal: “Alla hekk ħabb lid-​dinja li ta lil Ibnu l-​waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwann 3:16) Int mistieden b’mod kordjali biex tingħaqad magħhom f’dak il-​lejl sabiex tkun tistaʼ ssaħħaħ il-​fidi u l-​imħabba tiegħek għal Ġesù Kristu u l-​Missier tas-​sema, Alla Jehovah.