IDEA BIEX TISTUDJA

Kif Tistaʼ Tibbenefika mir-Referenzi Marġinali

Kif Tistaʼ Tibbenefika mir-Referenzi Marġinali

Ir-referenzi marġinali fit-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa juru kif il-Bibbja kollha taqbel flimkien billi jagħtuk skritturi li għandhom x’jaqsmu mal-istess suġġett li qed taqra fuqu. Ir-referenzi marġinali huma ittri żgħar li jkunu maʼ kelma fil-vers. Jekk qed tuża Bibbja stampata, fittex dik l-ittra fil-kolonna tan-nofs biex issib skrittura jew skritturi li jaqblu maʼ dak il-ħsieb. Jekk qed taqra l-Bibbja minn fuq jw.org jew l-app tal-JW Library®, agħfas fuq dik l-ittra biex tara l-iskritturi li jaqblu magħha.

Ir-referenzi marġinali jistgħu jgħinuk issib dawn li ġejjin jew iktar:

L-Istess Rakkont fi Ktieb Ieħor tal-Bibbja: Ir-referenza tistaʼ tgħinek issib l-istess rakkont li tkun qed taqra fi ktieb differenti tal-Bibbja. Pereżempju, ara t-​2 Samwel 24:1 u l​-1 Kronaki 21:1.

Kwotazzjoni minn Vers Ieħor: Ir-referenza tistaʼ turik minn fejn ġejja xi frażi jew xi espressjoni. Pereżempju, ara Mattew 4:4 u Dewteronomju 8:3.

Profeziji li Twettqu: Ir-referenza tieħdok fil-vers li jurik kif twettqet il-profezija. Pereżempju, ara Mattew 21:5 u Żakkarija 9:9.