Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 92

Post dedikat għal ismek

Post dedikat għal ismek

(1 Kronaki 29:16)

  1. 1. Kbir hu l-​unur tagħna, Ġeħova;

    Dal-​post żgur għal ismek bnejnieh!

    Noffruh issa b’ferħ kbir minn qalbna

    Biex fama nżidulek b’tant ġieħ.

    Dak kollu li qed nagħtu lilek,

    Minn dejjem bi dritt tiegħek kien.

    Is-​sengħa, ix-​xogħ’l, u l-​ġid tagħna

    Għalik noffru b’ferħ bla waqfien.

    (RITORNELL)

    Lilek dal-​post nippreżentaw,

    Hawn ismek magħruf, O Jah.

    Lilek dal-​post niddedikaw;

    Nitolbuk li taċċettah.

  2. 2. Missier kull unur lilek nagħtu;

    Nimlew dan il-​post b’tant tifħir.

    U b’dawk li jitgħallmu dwar triqtek

    Tiżdied żgur il-​glorja bil-​kbir.

    Dal-​post bnejnieh għall-​qima tiegħek,

    Fi stat tajjeb żgur se nżommuh.

    U jalla jkun dejjem taʼ xhieda

    Biex b’hekk il-​messaġġ inwassluh.

    (RITORNELL)

    Lilek dal-​post nippreżentaw,

    Hawn ismek magħruf, O Jah.

    Lilek dal-​post niddedikaw;

    Nitolbuk li taċċettah.