Sing Praises to Jehovah—Small Size

Ir-Rigal tat-Talb

Malti
Ir-Rigal tat-Talb
/assets/ct/28ada02fb0/images/syn_placeholder_sqr.png
Ssb għanja 188
Ir-Rigal tat-Talb

Għanja 188

Ir-​Rigal tat-​Talb

(1 Timotew 2:8)

1. Talb lil Alla hu mismugħ

Taʼ dawk kollha li jobduh,

U bi Kristu Ġesù biss

Nistgħu nersqu kif imiss.

2. Talb li lil Jehovah jsir

B’ħerqa jrid ikun, mhux fqir.

Għandu jkun rifless mill-​qalb

U b’rispett isir it-​talb.

3. Waqt li ’l Alla nitolbuh

Attenzjoni ’l kliemna ntuh

Biex ma jkunx dejjem l-​istess

U x’hemm f’qalbna jkun rifless.

4. Għat-​talb ejjew nagħmlu l-​ħin

Għax fit-​triq dejqa mexjin.

Jibni t-​talb u wens iġib;

Rigal t’Alla lilu ssib.