Titu 3:1-15

3  Ibqaʼ fakkarhom biex ikunu sottomessi+ u ubbidjenti lejn il-​gvernijiet u l-​awtoritajiet bħala ħakkiema,+ lesti għal kull għemil tajjeb,+  ma jitkellmu fuq ħadd b’mod inġurjuż, ma jkunux ġellidin,+ imma jkunu raġunevoli,+ u kollhom ħlewwa maʼ kulħadd.+  Għax anki aħna darba konna bla sens, diżubbidjenti, imqarrqin, ilsiera taʼ diversi xewqat u pjaċiri, mgħaddsin fil-​ħażen u l-​għira, mistmerrin, nobogħdu lil xulxin.+  Madankollu, meta ntweriet+ il-​qalb tajba+ u l-​imħabba lejn il-​bniedem min-​naħa t’Alla, is-​Salvatur tagħna,+  dan ma kienx għax konna wettaqna+ xi għemejjel+ ġusti. Imma fi qbil mal-​ħniena tiegħu,+ hu salvana permezz tal-​ħasil+ li tana l-​ħajja+ u billi ġeddidna bl-​ispirtu qaddis.+  Dan l-​ispirtu hu ferrgħu fuqna b’mod għani permezz taʼ Ġesù Kristu s-​Salvatur tagħna,+  sabiex, wara li niġu dikjarati ġusti+ minħabba l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu,+ aħna nkunu nistgħu nsiru werrieta+ skond it-​tama tal-​ħajja taʼ dejjem.+  Minnu hu dan li ntqal,+ u dwar dawn l-​affarijiet nixtieqek tibqaʼ tisħaq b’sodizza, sabiex dawk li emmnu f’Alla jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq li jagħmlu għemejjel tajbin.+ Dan hu tajjeb u taʼ ġid għall-​bnedmin.  Imma aħrab il-​kwistjonijiet bla sens+ u l-​ġenealoġiji+ u l-​ġlied+ u t-​tilwim fuq il-​Liġi,+ għax dawn huma bla siwi u fiergħa. 10  Bniedem li jipprova jifforma setta+ warrbu+ wara li twiddbu għal darba darbtejn;+ 11  għax taf li bniedem bħal dan żvija mit-​triq u qed jidneb, u b’hekk ikkundanna lilu nnifsu.+ 12  Meta nibgħatlek lil Artema jew lil Tikiku,+ agħmel l-​almu tiegħek biex tiġi għandi f’Nikopoli, għax hemmhekk iddeċidejt li ngħaddi x-​xitwa.+ 13  Agħti lil Żenas, li jaf il-​Liġi, u lil Apollo kulma għandhom bżonn għall-​vjaġġ tagħhom, biex ma jkun jonqoshom xejn.+ 14  Imma ħa jitgħallmu n-​nies tagħna wkoll jagħmlu għemejjel tajbin sabiex jissodisfaw il-​ħtiġijiet urġenti tagħhom,+ biex ma jkunux bla frott.+ 15  Dawk kollha li qegħdin miegħi jibagħtu jsellu għalik.+ Sellili għal dawk li għandhom affezzjoni lejna fil-​fidi. Jalla l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tkun magħkom ilkoll.+

Noti taʼ taħt