Filippin 2:1-30

2  Mela, jekk għandkom xi inkuraġġiment fi Kristu,+ xi konsolazzjoni taʼ mħabba, xi interess f’xulxin,+ xi affezzjoni tenera+ u mogħdrija,  imlewni bil-​ferħ billi jkollkom l-​istess fehma+ u l-​istess imħabba. Kunu magħqudin ruħ waħda u żommu ħsieb wieħed f’moħħkom,+  waqt li ma tagħmlu xejn bi ġlied+ jew bi kburija,+ imma b’umiltà tqisu lill-​oħrajn superjuri+ għalikom.  Tfittxux l-​interessi persunali tagħkom biss,+ imma wkoll l-​interessi persunali taʼ l-​oħrajn.+  Żommu din l-​attitudni mentali fikom li kienet ukoll fi Kristu Ġesù,+  li, għalkemm kien jeżisti fis-​sura t’Alla,+ ma qagħadx jaħseb li għandu jaħtaf, jiġifieri, li għandu jkun ugwali m’Alla.+  Le, iżda xejjen lilu nnifsu u ħa s-​sura taʼ lsir+ u sar jixbah lill-​bnedmin.+  Iktar minn hekk, meta sab ruħu f’għamla taʼ bniedem,+ umilja ruħu u sar ubbidjenti sal-​mewt,+ iva, sal-​mewt fuq zokk tat-​tortura.+  Kien ukoll għalhekk li Alla eżaltah għal pożizzjoni superjuri+ u b’qalb tajba tah l-​isem li hu fuq kull isem ieħor,+ 10  sabiex f’isem Ġesù tintlewa kull irkoppa fis-​sema, fuq l-​art, u taħt l-​art,+ 11  u kull ilsien jistqarr+ quddiem kulħadd li Ġesù Kristu hu Mulej+ għall-​glorja t’Alla l-​Missier.+ 12  Għaldaqstant, maħbubin tiegħi, bħalma dejjem obdejtu,+ mhux biss fil-​preżenza tiegħi, imma bil-​wisq iktar issa li m’iniex magħkom, ibqgħu wettqu s-​salvazzjoni tagħkom bil-​biżaʼ+ u t-​tregħid; 13  għax Alla hu dak li, għax hekk għoġbu, qed jaħdem fikom+ kemm biex ikollkom ir-​rieda u kemm biex taġixxu.+ 14  Ibqgħu agħmlu kollox bla tgergir+ u argumenti,+ 15  sabiex issiru bla ħtija+ u innoċenti, tfal+ t’Alla bla difett fost ġenerazzjoni mgħawġa u maqluba,+ li fiha qed tiddu bħala dawwala fid-​dinja,+ 16  waqt li żżommu qabda soda mal-​kelma tal-​ħajja,+ biex ikolli għalxiex nifraħ bil-​kbir f’jum Kristu,+ li ma nkunx ġrejt jew ħdimt iebes għalxejn.+ 17  Minkejja dan, anki jekk qed niġi mferraʼ bħal offerta tax-​xorb+ fuq is-​sagrifiċċju+ u s-​servizz pubbliku li l-​fidi wasslitkom għalihom,+ jien kuntent u nifraħ+ magħkom ilkoll. 18  Issa, bl-​istess mod, kunu kuntenti u ifirħu miegħi intom ukoll.+ 19  Jien qed nittama fil-​Mulej Ġesù li nibagħtilkom lil Timotju dalwaqt, sabiex inkun nistaʼ nieħu r-​ruħ+ meta nieħu aħbarkom. 20  Għax m’għandi lil ħadd bl-​istess attitudni tiegħu li se jieħu ħsieb ġenwinament+ dak li għandu x’jaqsam magħkom. 21  Għax l-​oħrajn kollha qed ifittxu l-​interessi tagħhom stess,+ mhux dawk taʼ Kristu Ġesù. 22  Imma intom tafu xi prova ta tiegħu nnifsu, li bħal iben+ maʼ missieru tjassar miegħi biex iġib l-​aħbar tajba ’l quddiem. 23  Għalhekk, dan hu r-​raġel li qed nittama li nibagħtilkom malli nara kif sejrin l-​affarijiet tiegħi. 24  Tabilħaqq, jien fiduċjuż fil-​Mulej li anki jien se niġi dalwaqt.+ 25  Madankollu, inqis li hu neċessarju li nibagħtilkom lil Epafroditu,+ ħija u ħaddiem+ u suldat sieħbi,+ imma li intom bgħattuh biex jaqdini fil-​bżonnijiet tiegħi, 26  peress li jixtieq ħafna jarakom ilkoll u hu mdejjaq għaliex smajtu li kien marad. 27  Iva, tabilħaqq, hu marad u kien se jmut; imma Alla ħenn+ għalih, fil-​fatt, mhux għalih biss, imma għalija wkoll, biex ma jkollix niket fuq ieħor. 28  Għalhekk qed infittex li nibagħtu malajr, biex malli terġgħu tarawh tkunu tistgħu tifirħu u jien inkun iktar ħieles min-​niket. 29  Għalhekk, agħtuh merħba+ kif jixraq fil-​Mulej bil-​ferħ kollu; u nies bħalu ibqgħu għożżuhom,+ 30  għax minħabba x-​xogħol tal-​Mulej hu kien għoddu miet, billi poġġa ruħu fil-​periklu,+ sabiex ipatti bis-​sħiħ għalikom għax m’intomx hawn biex taqduni.+

Noti taʼ taħt