Ester 10:1-3

10  Is-Sultan Aħasweru inforza xogħol iebes+ fil-​pajjiż u fil-​gżejjer+ tal-​baħar.  U x-​xogħol enerġetiku tiegħu kollu u l-​għemejjel setgħanin tiegħu u r-​rakkont sħiħ u dettaljat tal-​kobor taʼ Mordekaj+ li bih onorah+ is-​sultan, m’humiex dawn miktubin fi Ktieb il-​ġrajjiet+ taż-​żminijiet tas-​slaten tal-​Medja u l-​Persja?+  Għax Mordekaj il-​Lhudi kien it-​tieni+ wara s-​Sultan Aħasweru u kien kbir fost il-​Lhud u approvat mill-​kotra taʼ ħutu, jaħdem għall-​ġid tal-​poplu tiegħu u jgħid kliem taʼ paċi+ lil nisilhom kollu.

Noti taʼ taħt