2 Timotju 4:1-22
4 Nordnalek solennement quddiem Alla u Kristu Ġesù, li għandu jiġġudika+ l-ħajjin u l-mejtin,+ u bil-manifestazzjoni+ u s-saltna tiegħu,+
2 ippriedka l-kelma+ u agħmel dan b’urġenza fi żmien favorevoli+ u fi żmien taʼ inkwiet,+ widdeb,+ ċanfar, ħeġġeġ, bil-paċenzja kollha+ u bl-arti tat-tagħlim.
3 Għax ikun hemm perijodu taʼ żmien meta ma jittollerawx it-tagħlim mimli saħħa,+ imma, fi qbil max-xewqat tagħhom, jiġbru għalliema madwarhom biex jgħarrxulhom widnejhom;+
4 u jbiegħdu widnejhom mill-verità, u jduru lejn stejjer foloz.+
5 Iżda int ibqaʼ f’sensik f’kollox,+ sofri l-ħażen,+ agħmel ix-xogħol taʼ evanġelizzatur,+ wettaq bis-sħiħ il-ministeru tiegħek.+
6 Għax diġà qed niġi mferraʼ bħal offerta tax-xorb,+ u l-waqt biex ninħeles+ qorob ħafna.
7 Jien iġġilidt il-ġlieda t-tajba,+ ġrejt il-korsa sat-tmiem,+ osservajt il-fidi.+
8 Minn issa ’l quddiem hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja,+ li l-Mulej, l-imħallef ġust,+ jagħtini bħala rigal+ f’dak il-jum,+ iżda mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu ħabbew il-manifestazzjoni tiegħu.
9 Agħmel l-almu tiegħek biex tiġi ħdejja malajr.+
10 Għax Dema+ telaqni peress li ħabb din is-sistema,+ u mar Tessalonika; Kreske mar il-Galazja+ u Titu mar id-Dalmazja.
11 Luqa biss qiegħed miegħi. Ħu lil Marku u ġibu miegħek, għax hu utli+ għalija biex jaqdini.
12 Lil Tikiku+ bgħattu Efesu.
13 Meta tiġi, ġibli l-mantar li ħallejt fi Troas+ maʼ Karpu, u r-rombli, speċjalment il-parċmini.
14 Alessandru+ li jaħdem ir-ram aħmar kemm-il darba għamilli l-ħsara—Ġeħova jħallsu taʼ l-għemejjel tiegħu+—
15 u int ukoll oqgħod attent minnu, għax hu rreżista kliemna għall-aħħar.
16 Fl-ewwel difiża tiegħi ħadd ma ġie ħdejja, imma kollha abbandunawni+—jalla ma jintalabx kont minnhom taʼ dan+—
17 imma l-Mulej qagħad ħdejja+ u mlieni bil-qawwa,+ biex permezz tiegħi l-ippridkar jitwettaq bis-sħiħ u l-ġnus kollha jisimgħuh;+ u jien inħlist minn ħalq l-iljun.+
18 Il-Mulej jeħlisni minn kull għemil ħażin+ u jsalvani għas-saltna tiegħu tas-sema.+ Lilu tkun il-glorja għal dejjem taʼ dejjem. Amen.
19 Sellili għal Priska*+ u għal Akwila u għal dawk taʼ dar Onesiforu.+
20 Erastu+ baqaʼ Korintu,+ imma lil Trofimu+ ħallejtu marid Miletu.+
21 Agħmel l-almu tiegħek biex tasal qabel ix-xitwa.
Ewbolu jibgħat iselli għalik, u anki Pudens u Linu u Klawdja u l-aħwa kollha.
22 Il-Mulej ikun maʼ l-ispirtu li turi.+ Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu tkun magħkom.
Noti taʼ taħt
^ Jew, “Prixilla.”

