2 Kronaki 2:1-18
2 Salamun issa ta l-ordni biex tinbena dar+ għal isem Ġeħova+ u dar għas-saltna tiegħu.+
2 Għaldaqstant, Salamun għadd sebgħin elf raġel li jġorru t-tagħbija u tmenin elf raġel li jaqtgħu l-ġebel mill-muntanja,+ u bħala mgħallmin fuqhom tlett elef u sitt mija.+
3 Barra minn hekk, Salamun bagħat jgħid lil Ħiram,+ is-sultan taʼ Tir: “Bħalma aġixxejt maʼ David,+ missieri, u bqajt tibgħatlu injam taċ-ċedru biex jibni dar għalih biex jgħammar fiha,—
4 ara, jien qed nibni+ dar għal isem+ Ġeħova Alla tiegħi biex inqaddisha+ għalih, biex naħraq l-inċens ifuħ+ quddiemu, bil-ħobż preżentat f’saffi+ l-ħin kollu u offerti tal-ħruq fil-għodu u fil-għaxija,+ fis-Sabatijiet,*+ f’kull qamar ġdid,+ u fl-istaġuni tal-festi+ għal Ġeħova Alla tagħna. Għal żmien indefinit*+ dan ikun obbligu fuq Israel.
5 U d-dar li qed nibni tkun kbira,+ għax Alla tagħna hu akbar mill-allat l-oħrajn kollha.+
6 U min jistaʼ jkollu l-qawwa biex jibnilu dar?+ Għax lanqas is-smewwiet u s-sema tas-smewwiet ma jistgħu jesgħuh,+ u jien min jien+ biex nibnilu dar ħlief biex jiġi offrut quddiemu d-duħħan tas-sagrifiċċji?+
7 U issa ibgħatli raġel tas-sengħa biex jaħdem fid-deheb, fil-fidda, fir-ram aħmar,+ fil-ħadid, u fis-suf miżbugħ vjola ħamrani u krimżi u ħajt blu, u li jaf kif inaqqax, flimkien man-nies tas-sengħa li għandi hawnhekk f’Ġuda u f’Ġerusalemm u li ħatar David, missieri.+
8 U ibgħatli injam taċ-ċedru,+ tal-ġnibru,+ u tas-sandlu+ mil-Libanu,+ għax jien naf tajjeb li l-qaddejja tiegħek għandhom l-esperjenza biex jaqtgħu s-siġar tal-Libanu,+ (u, ara, il-qaddejja tiegħi jaħdmu flimkien mal-qaddejja tiegħek,)
9 saħansitra biex iħejjuli għadd kbir taʼ injam, għax id-dar li qed nibni se tkun kbira, iva, b’mod taʼ l-għaġeb.
10 U, ara, nagħti għoxrin elf kor+ qamħ u għoxrin elf kor xgħir, u għoxrin elf bat inbid,+ u għoxrin elf bat żejt bħala ikel lill-qaddejja tiegħek, dawk li jiġbru l-injam, dawk li jaqtgħu s-siġar.”
11 U Ħiram, is-sultan taʼ Tir,+ ta t-tweġiba tiegħu bil-kitba u bagħatha lil Salamun: “Minħabba li Ġeħova ħabb+ lin-nies tiegħu, lilek għamlek sultan fuqhom.”+
12 U Ħiram issokta jgħid: “Ikun imbierek Ġeħova, l-Alla taʼ Israel,+ li għamel is-smewwiet u l-art,+ talli lil David, is-sultan, tah iben għaref, mogħni bl-għaqal u bl-abbiltà li jifhem,+ li se jibni dar għal Ġeħova u dar għas-saltna tiegħu.+
13 U issa nibgħat raġel tas-sengħa, mogħni bl-abbiltà li jifhem, Ħiram-abi,+
14 bin mara minn ulied Dan imma li missieru kien raġel minn Tir, taʼ l-esperjenza, biex jaħdem fid-deheb u fil-fidda, fir-ram aħmar,+ fil-ħadid, fil-ġebel+ u fl-injam, fis-suf miżbugħ vjola ħamrani,+ fil-ħajt blu,+ fid-drapp fin,+ fil-krimżi,+ biex inaqqax kull tip taʼ tinqix,+ u biex ifassal kull tip taʼ proġett+ li jingħatalu flimkien man-nies tas-sengħa tiegħek u n-nies tas-sengħa taʼ sidi David, missierek.
15 U issa l-qamħ u x-xgħir, iż-żejt u l-inbid li wiegħed sidi, ħa jibgħathom lill-qaddejja tiegħu.+
16 U aħna se naqtgħu s-siġar+ mil-Libanu skond kulma teħtieġ int,+ u nġibuhomlok bħala ċattri bil-baħar+ sa Ġaffa,+ u int, min-naħa tiegħek, ittellagħhom sa Ġerusalemm.”
17 Imbagħad Salamun għadd l-irġiel kollha li kienu residenti barranin u li kienu fl-art taʼ Israel,+ wara ċ-ċensiment tagħhom li kien sar minn David, missieru;+ u nstab li kien hemm mija u tlieta u ħamsin elf u sitt mija.
18 Għalhekk, lil sebgħin elf minnhom għamilhom iġorru t-tagħbija+ u tmenin elf jaqtgħu l-ġebel+ mill-muntanja u tlett elef u sitt mitt mgħallem biex jaraw li n-nies qed iwettqu xogħolhom.+

