Ġob 13:1-28
13 “Ara! Dan kollu raw għajnejja,Semgħuh u fehmuh widnejja.
2 Dak li tafu intom nafu tajjeb jien ukoll;M’iniex inqas minnkom.+
3 Madankollu, jien, min-naħa tiegħi, nixtieq inkellem lil Dak li Jistaʼ Kollox innifsu,+U l-għaxqa tiegħi hi li nargumenta m’Alla.
4 Mill-banda l-oħra, intom iċċappsuni bil-gideb;+Intom ilkoll tobba bla siwi.+
5 Mhux li kontu tisktu għalkollox,U b’hekk turu l-għerf min-naħa tagħkom!+
6 Isimgħu, jekk jogħġobkom, it-tweġiba tiegħi għall-argumenti tagħkom,+U oqogħdu attenti għat-talb bil-ħniena taʼ xofftejja.
7 Tridu intom titkellmu għal Alla bl-inġustizzja,U titkellmu għalih bil-qerq?+
8 Se tittrattawh intom bil-parzjalità,+Jew se tiġġieldu l-kawża għall-Alla l-veru?
9 Se tgħadduha lixxa jekk jgħarbilkom?+Jew se tqarrqu bih kif tqarrqu bi bniedem mortali?
10 Hu żgur li jwiddibkom+Jekk bil-moħbi tipprovaw turu parzjalità;+
11 Ma ġġegħelkomx tinħasdu bil-biżaʼ d-dinjità tiegħu,U ma jaqax fuqkom it-tkexkix minnu?+
12 Il-qwiel għorrief tagħkom huma proverbji bla siwi bħall-irmied;It-tarki tagħkom huma tarki tat-tafal.+
13 Ibqgħu siekta quddiemi, biex nitkellem jien stess.Imbagħad ħa jiġrili li jrid!
14 Għala npoġġi ħajti fil-perikluU nqiegħed ruħi f’riskju?*+
15 Saħansitra jekk joqtolni, ma nistenniex?+F’wiċċu kont nargumenta biss għal imġibti.
16 Hu jkun ukoll is-salvazzjoni tiegħi,+Għax quddiemu ebda bniedem apostata ma jersaq.+
17 Isimgħu sew kelmti mill-bidu sa l-aħħar,+U ħa tidwi f’widnejkom id-dikjarazzjoni tiegħi.
18 Ara! Jekk jogħġobkom, jien ippreżentajt kawża taʼ ġustizzja;+Naf tajjeb li jien innifsi għandi raġun.
19 Min hu dak li se jħaqqaqha miegħi?+Għax issa, jekk nibqaʼ sieket, immut!
20 Biss żewġ affarijiet tagħmillix;F’dak il-każ ma ninħebiex minn quddiemek;+
21 Biegħed idek minn fuqi,U l-biżaʼ minnek—jalla ma jwerwirnix.+
22 Jew int issejjaħ, u jien inwieġbek;Jew inkella jien nitkellem, u int twiġibni.
23 Jien b’liema mod għandi ħtijiet u dnubiet?
Ġegħelni nagħraf l-irvell tiegħi u d-dnub tiegħi.
24 Għala taħbi wiċċek+U tqisni bħala għadu tiegħek?+
25 Se ġġegħelha tirtogħod int werqa misjuqa ’l hemm u ’l hawn mir-riħ,Jew se tibqaʼ int tiġri wara t-tiben* niexef?
26 Għax int tibqaʼ tikteb kontrija affarijiet taʼ mrar+U ġġegħelni nbati l-konsegwenzi taʼ l-iżbalji taʼ żgħożiti.+
27 Int iżżommli saqajja fil-qjud,+U tgħasses il-passaġġi kollha tiegħi;Għal qiegħ saqajja int timmarkali linja.
28 U jien* bħal xi ħaġa mħassra li titmermer;+Bħal libsa li tittiekel mill-kamla.+
Noti taʼ taħt
^ Letteralment, “Għala nġorr laħmi fi snieni u nqiegħed ruħi fil-pala taʼ idi?”
^ Jew, “dan ir-raġel.” Bl-Ebrajk, “hu,” jiġifieri, Ġob.

