Mur fil-kontenut

Vidjows tal-Bibbja—Tagħlim Importanti

Dawn il-vidjows qosra jwieġbu mistoqsijiet importanti dwar il-Bibbja, bħal: Alla għala ħalaq id-dinja? X’jiġri meta jmut xi ħadd? u Alla għala jħallina nbatu?

Minn Fejn Ġie l-Univers?

In-nies spiss ma jifhmux ir-rakkont tal-Bibbja dwar il-ħolqien jew jgħidu li hu ħrafa. Nistgħu nafdaw il-Bibbja?

Jeżisti Alla?

Ara evidenza li turi li jagħmel sens li temmen f’Alla.

Alla għandu isem?

Alla għandu ħafna titli, inkluż Jistaʼ Kollox, Ħallieq, u Mulej. Imma l-isem personali t’Alla jintuża xi 7,000 darba fil-Bibbja.

Kif Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla?

Għal mijiet taʼ snin, ħafna nies xtaqu jsiru jafu lill-Ħallieq. Il-Bibbja tgħinna nsiru ħbieb t’Alla. Dan nistgħu nagħmluh billi l-ewwel nitgħallmu x’jismu.

Min hu l-Awtur tal-Bibbja?

Jekk inkitbet min-nies, tistaʼ tissejjaħ il-Kelma t’Alla? Il-ħsibijiet taʼ min fiha l-Bibbja?

Kif nistgħu nkunu ċerti li l-Bibbja hi vera?

Jekk Alla hu l-awtur tal-Bibbja, din għandha tkun differenti minn kwalunkwe ktieb ieħor li qatt inkiteb.

Alla għala ħalaq l-art?

Id-dinja tagħna hi mimlija bi sbuħija. Hi mpoġġija f’distanza eżatta mix-xemx, qiegħda mmejla bl-anglu eżatt, u ddur b’veloċità eżatta. Alla għala ħa dan ix-xogħol kollu biex joħloq l-art?

X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?

Sir af kif tistaʼ tkun ferħan u jkollok skop f’ħajtek.

X’inhi l-kundizzjoni tal-mejtin?

Il-Bibbja twiegħed żmien meta ħafna nies se jiġu rxoxtati mill-mewt, l-istess bħalma ġara lil Lazzru.

L-Infern Vera Jeżisti?

Il-Bibbja tgħid li peress li “Alla hu mħabba,” hu qatt mhu se jġiegħel in-nies ibatu minħabba l-iżbalji tal-passat tagħhom.

Ġesù u Alla l-​Istess?

Ġesù u Alla li Jistaʼ Kollox l-​istess? Jew huma żewġ persuni differenti?

Ġesù Għala Miet?

Jistaʼ jkun li smajt li hu miet għal dnubietna. Imma jistaʼ jkun li miljuni taʼ nies jibbenefikaw verament minn sagrifiċċju wieħed?

X’inhi s-Saltna t’Alla?

Matul il-ministeru tiegħu fuq l-art, Ġesù għallem dwar is-Saltna t’Alla iktar minn kwalunkwe suġġett ieħor. Għal sekli sħaħ, is-segwaċi tiegħu talbu biex din is-Saltna tiġi.

Is-Saltna t’Alla Bdiet Tmexxi fl-1914

Iżjed min 2,600 sena ilu, sultan b’saħħtu kellu ħolma mingħand Alla. Dil-ħolma kienet profezija li qed tiġri llum.

Id-Dinja Nbidlet mill-1914

Il-kundizzjonijiet tad-dinja u l-attitudni tan-nies juru li mill-1914 qed naraw il-profeziji tal-Bibbja dwar “l-aħħar jiem.”

Id-Diżastri Naturali Ġejjin minn Alla?

Żewġ nisa li esperjenzaw diżastru naturali jispjegaw dak li tgħallmu mill-Bibbja.

Alla għala jippermetti t-​tbatija?

Il-​Bibbja tipprovdi tweġiba taʼ sodisfazzjon u faraġ.

Jaċċetta Alla Kull Tip taʼ Qima?

Ħafna nies jemmnu li mhux importanti liema reliġjon tagħżel.

Jaċċetta Alla li Nużaw Statwi Biex Inqimuh?

Jistgħu jgħinuna biex inħossuna eqreb t’Alla li ma nistgħux naraw?

Alla Kull Tip taʼ Talb Jismaʼ?

Xi ngħidu jekk persuna titlob għal raġunijiet egoistiċi? Xi ngħidu jekk raġel jittratta ħażin lil martu, u mbagħad jitlob għall-barka t’Alla?

Alla X’Jaħseb Dwar iż-Żwieġ?

Alla jrid li ż-żwieġ tiegħek jirnexxi. Il-Bibbja fiha pariri tajbin li għenu lil ħafna koppji.

Il-Pornografija Hi Ħażina għal Alla?

Il-kelma “pornografija” nsibuha fil-Bibbja? Kif nistgħu nkunu nafu kif Alla jħossu dwar il-pornografija?