Raġel Umli u Kuraġġuż
Għaż-Żgħażagħ
Raġel Umli u Kuraġġuż
ĠONA—L-EWWEL PARTI
Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-istudju f’post kwiet. Hekk kif taqra l-iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dik il-ġrajja. Ġib ix-xena quddiem għajnejk. Ismaʼ n-nies jitkellmu. Ħoss l-emozzjonijiet tal-karattri prinċipali. Aħseb dwar ir-rakkont bħallikieku huwa reali.
1 ANALIZZA X-XENA.—AQRA ĠONA 1:1-17; 2:10–3:5.
Kif timmaġinahom il-ħsejjes u x-xeni tal-maltempata?
․․․․․
Liema tip taʼ emozzjoni tħoss li hemm fl-ilħna taʼ Ġona u tal-ekwipaġġ tal-bastiment?
․․․․․
Iddeskrivi x’setgħu kienu l-ħsibijiet taʼ Ġona meta kien qed jegħreq fil-baħar u wara li nbelaʼ mill-ħuta kbira. (Aqra Ġona 2:1-9.)
․․․․․
2 ĦAFFER IKTAR FIL-FOND.
Liema tip taʼ nies kienu jgħixu f’Ninwe, u Ġona għala forsi għall-ewwel żamm lura milli javviċinahom? (Naħum 3:1)
․․․․․
B’liema mod taħseb li Ninwe kienet “belt kbira anki f’għajnejn Alla”? (Ġona 3:3; 2 Pietru 3:9)
․․․․․
Il-fatt li Ġona tkellem b’sinċerità dwar dnubu kif ukoll dwar Alla tiegħu x’juri dwaru? (Erġaʼ aqra Ġona 1:9, 10.)
․․․․․
Ġona kif setaʼ sar jaf x’ġara fuq il-bastiment wara li ġie mitfugħ il-baħar? (Erġaʼ aqra․․․․․
3 APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .
Il-biżaʼ.
․․․․․
L-umiltà.
․․․․․
Il-kuraġġ.
․․․․․
Kif Ġeħova jħares lejn in-nies, saħansitra lejn dawk li f’għajnejna jistgħu jidhru li huma ħżiena.
․․․․․
4 LIEMA ASPETT F’DAN IR-RAKKONT HU L-IKTAR SINIFIKANTI GĦALIK, U GĦALA?
․․․․․
Għal iktar riċerka, ara It-Torri tal-Għassa bl-Ingliż tal-1 taʼ Jannar, 2009, paġni 25-28.
JEKK M’GĦANDEKX BIBBJA, TISTAʼ TAQRAHA FUQ IS-SIT www.watchtower.org