Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

“Ibqgħu għożżuhom”

“Ibqgħu għożżuhom”

MIS-sena 1992, il-Ġemgħa li Tiggverna assenjat anzjani tal-esperjenza u maturi biex jgħinu l-kumitati tagħha jwettqu x-xogħol tagħhom. * (Ara n-nota taʼ taħt.) Dawn l-ajjutanti, li huma membri min-“nagħaġ oħrajn,” jipprovdu appoġġ taʼ valur kbir lill-Ġemgħa li Tiggverna. (Ġwanni 10:16) Huma jattendu l-laqgħa taʼ kull ġimgħa tal-kumitat li qegħdin assenjati fih. L-irwol tagħhom hu li jipprovdu kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa u li joffru suġġerimenti. Il-membri tal-Ġemgħa li Tiggverna jieħdu l-aħħar deċiżjoni, u mbagħad dawn l-ajjutanti jgħinu f’li jaraw li dak li ġie deċiż fil-fatt ikun qed isir. Dawn l-aħwa huma lesti li jagħmlu kwalunkwe inkarigu li jirċievu. Huma jsiefru maʼ membri tal-Ġemgħa li Tiggverna għal konvenzjonijiet speċjali u internazzjonali. Għandhom mnejn jiġu inkarigati wkoll biex iżuru uffiċċji tal-fergħa bħala rappreżentanti tal-kwartieri ġenerali.

Ħu minnhom li ilu jaqdi bħala ajjutant mill-1992 jgħid, “Meta nieħu ħsieb l-inkarigi tiegħi, il-Ġemgħa li Tiggverna tkun tistaʼ tikkonċentra iktar bis-sħiħ fuq affarijiet spiritwali.” Ħu ieħor li ilu jaqdi bħala ajjutant għal 20 sena jgħid, “Qatt ma stajt nimmaġina li dan il-privileġġ hu daqstant sabiħ.”

Il-Ġemgħa li Tiggverna tat ħafna responsabbiltà lill-ajjutanti tagħha u tapprezza x-xogħol iebes taʼ dawn l-aħwa leali. Ejja lkoll ‘nibqgħu ngħożżuhom.’—Filippin 2:29.

^ par. 2 Ara l-kaxxa “Kif il-Ġemgħa li Tiggverna tieħu ħsieb l-interessi tas-Saltna” fkapitlu 12 tal-ktieb Is-Saltna t’Alla qed taħkem! għal iktar informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tas-sitt kumitati tal-Ġemgħa li Tiggverna.