Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Huwa x-Xitan Reali?

Huwa x-Xitan Reali?

Huwa x-​Xitan Reali?

X’INHI l-​opinjoni tiegħek dwar ix-​Xitan? Timmaġinah int bħala persuna reali li jipprova jġiegħel lin-​nies jagħmlu affarijiet ħżiena, jew sempliċement jirrappreżenta l-​prinċipju tal-​ħażen? Huwa x-​Xitan xi ħadd li għandek tibżaʼ minnu, jew għandek tqisu bħallikieku m’huwa xejn ħlief idea superstizzjuża jew xi ħadd li nħoloq mil-​leġġendi u l-​istejjer? Tirreferi l-​kelma “xitan” għal xi forza qerridija astratta fl-​univers? Jistaʼ dan it-​terminu sempliċement ikun kelma użata biex tiddeskrivi l-​kwantità taʼ ħażen fil-​bnedmin, bħalma jsostnu ħafna teoloġi moderni?

Mhux taʼ b’xejn li l-​bnedmin għandhom opinjonijiet differenti fuq il-​mistoqsija dwar min hu x-​Xitan. Immaġina kemm jistaʼ jkun diffiċli li tiskopri l-​identità vera taʼ xi ħadd li huwa espert taʼ kif jaħbi l-​identità tiegħu! Dan huwa partikolarment minnu ladarba hu determinat li jibqaʼ moħbi wara maskra. Il-​Bibbja tiddeskrivi lix-​Xitan bħala persuna bħal din. Billi tirreferi għalih bħala Satana, din tgħid: “Satana nnifsu jibqaʼ jinbidel f’anġlu tad-​dawl.” (2 Korintin 11:14) Għalkemm huwa ħażin, ix-​Xitan jagħmilha taʼ tajjeb biex b’hekk jinganna lil oħrajn. U jekk iġiegħel lin-​nies jemmnu li hu sempliċement ma jeżistix, dan se jgħinu jkompli jilħaq l-​iskop tiegħu.

Għalhekk, mela, min hu x-​Xitan? Meta u kif beda jeżisti? Kif jinfluwenza lill-​umanità llum? Hemm xi ħaġa li nistgħu nagħmlu biex nirreżistu l-​influwenza tiegħu? Fil-​Bibbja nsibu r-​rakkont veru dwar il-​bidunett tax-​Xitan u nsibu tweġibiet veri għal dawn il-​mistoqsijiet.

[Stampa f’paġna 3]

Kemm jistaʼ jkun diffiċli li tidentifika lil xi ħadd li huwa determinat li jibqaʼ moħbi wara maskra!