Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Isaija 30:21 għalfejn jitkellem dwar il-​kelma taʼ Jehovah bħala li toħroġ “minn warajk,” ladarba l-​vers taʼ qabel ipoġġi lil Jehovah fuq quddiem billi jgħid, “Għajnejk jaraw l-​Imgħallem tiegħek”?

Isaija 30:​20, 21 jgħid: “Ma jinħebiex iżjed minnek l-​Imgħallem tiegħek: għajnejk jaraw l-​Imgħallem tiegħek. Minn warajk jisimgħu widnejk kliem li jwissik u jgħidlek: ‘Din hi t-​triq; għaddi minnha, sew jekk tikser lejn il-​lemin, sew lejn ix-​xellug.’”

Jekk nieħdu dan il-​kliem b’mod letterali, il-​qarrej jara lil Jehovah, l-​Imgħallem tiegħu, quddiemu imma jismaʼ Leħnu minn warajh. Iżda, il-​kliem huwa figurattiv u għandu jinftiehem b’mod figurattiv.

Il-figura tat-​taħdit li jġibilna f’moħħna l-​vers 20 hija taʼ qaddej li jservi lil sidu, dejjem lest li jagħmel dak li jgħidlu sidu. Bħal dak il-​qaddej li josserva b’attenzjoni id sidu sabiex jagħraf xi jkun irid, in-​nies taʼ Jehovah illum jinsabu attenti ħafna għall-​istruzzjonijiet progressivi bbażati fuq il-​Bibbja li jagħti Jehovah permezz taʼ l-​organizzazzjoni tiegħu fuq l-​art. (Salm 123:​1, 2) Iva, huma jaġixxu fuq id-​direzzjoni li jagħti hu, billi dejjem joqogħdu għassa għal dak li Jehovah jgħarraf permezz taʼ “l-​ilsir leali u diskret.”​—Mattew 24:​45-​47, NW.

Xi ngħidu, imbagħad, għall-​kelma li l-​qaddejja tiegħu jisimgħu minn wara? Huwa raġunevoli li nikkonkludu li l-​leħen minn wara huwa l-​leħen t’Alla mill-​passat, li jitkellem permezz tal-​Kelma miktuba tiegħu kif tiġi mfissra ċar mill-​“prokuratur leali.” (Luqa 12:​42, NW) Il-​qaddejja t’Alla taʼ llum jisimgħu leħnu billi jistudjaw bir-​reqqa l-​Bibbja u japplikaw il-​prinċipji tagħha f’ħajjithom bl-​għajnuna tal-​pubblikazzjonijiet preparati mill-​“ilsir leali u diskret,” “il-​prokuratur leali.” Billi jħarsu lejn, jew joqogħdu għassa, għad-​direzzjoni f’waqtha li l-​Imgħallem il-​Kbir jipprovdi u billi jistudjaw il-​Kelma t’Alla, miktuba sekli ilu, il-​qaddejja tiegħu jistgħu jarawh figurattivament quddiemhom u jisimgħu leħnu minn wara.​—Rumani 15:4.