“Ftit li Xejn Kont Naf Dwar Alla”

“Ftit li Xejn Kont Naf Dwar Alla”

“Ftit li Xejn Kont Naf Dwar Alla”

“GĦAL din l-​aħħar sena, ix-​Xhieda taʼ Jehovah kienu qed iżuruni u jaqsmu miegħi l-​aħbar meraviljuża dwar is-​Saltna t’Alla. Jien kont Kattoliku għal tmien snin, imma ftit li xejn kont naf dwar Alla. F’din l-​aħħar sena biss, tgħallimt ħafna,” kiteb raġel li joqgħod f’Kerala ġewwa l-​Indja. “Jien fraħt ħafna meta smajt li It-​Torri taʼ l-​Għassa huwa pubblikat b’139 [issa b’146] lingwa,” ikompli hu. “Hija xi ħaġa sorprendenti li nies taʼ kull lingwa qed isiru jafu bil-​messaġġ dwar Alla.”

Għalkemm ħafna filosfi jsostnu li huwa impossibbli biex issir taf lil Alla, l-​appostlu Pawlu għamilha ċara li huwa possibbli. Meta indirizza lil grupp taʼ nies minn Ateni, li xi wħud minnhom kienu qed iqimu quddiem artal dedikat “Lil Alla Mhux Magħruf,” Pawlu qal: “Dak li intom tqimuh bla ma tagħrfuh, nħabbarhulkom jien. Alla, li għamel id-​dinja u kull ma fiha . . . li jagħti lil kulħadd il-​ħajja u n-​nifs u kollox. Minn bniedem wieħed għamel il-​ġens kollu tal-​bnedmin biex jgħammru fuq wiċċ l-​art kollha.”​—Atti 17:​23-​26.

Pawlu ħeġġeġ lil dawk li kienu qed jisimgħuh biex ifittxu li jsiru jafu lill-​Ħallieq tagħhom, għax “hu m’huwiex ’il bogħod minn kull wieħed minna.” (Atti 17:27) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah se jkunu ferħanin li jgħinuk issir taf lil dak Alla veru u l-​kwalitajiet sbieħ li għandu.