Dibattitu Fuq it-Televixin dwar ix-Xhieda taʼ Jehovah
Matul is-sena 2000 u l-2001, fil-pajjiż tal-Ġeorġja, li qabel kien repubblika taʼ l-Unjoni Sovjetika, beda attakk kbir fuq ix-Xhieda taʼ Jehovah. Stazzjon televiżiv popolari tal-Ġeorġja deher dibattitu bejn politikant li ried li x-Xhieda jiġu projbiti u professur li kien ġie maħtur mill-qorti biex jistudja l-letteratura tax-Xhieda.
Waqt li kien qed iwieġeb għall-għadd t’akkużi rigward it-twemmin tax-Xhieda, il-professur ipprotesta li dak li sostna l-politikant ma kienx ħlief “paroli biss.” Imbagħad, waqt li qabad il-ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem biex jarawh it-telespettaturi, hu qal: “Dan hu li jemmnu x-Xhieda taʼ Jehovah.”
Il-professur imbagħad qabad jaqra l-ewwel paragrafu tal-ktieb, li fl-aħħar tiegħu jgħid: “Għal ħafna, madankollu, il-ħajja donnha li tippreżenta problema serja wara l-oħra. Jekk dik kienet l-esperjenza tiegħek, qawwi qalbek.”
Din il-pubblikazzjoni tiġbed l-attenzjoni lejn it-tweġibiet li l-Bibbja tagħti għall-mistoqsijiet li jistaqsu ħafna nies. Per eżempju, ftit mit-titli tal-kapitli taʼ dan il-ktieb huma: “Min Hu Dak Alla Veru?,” “Għala Nixjieħu u Mmutu?,” u “Alla Għala Jippermetti S-Sofferenza?”
Tixtieq tirċievi kopja taʼ dan il-ktieb taʼ 192 paġna biex tkun tistaʼ teżaminah inti stess? Tistaʼ titlob kopja billi timla l-kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-indirizz muri fuq il-kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Ibagħtuli kopja tal-ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.

