Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 123

Sottomissjoni b’lealtà għall-ordni teokratiku

Sottomissjoni b’lealtà għall-ordni teokratiku

(1 Korintin 14:33)

  1. 1. Taʼ Ġeħova l-​poplu jxandar sa truf l-​art

    Verità tas-​Saltna taʼ valur bla għadd.

    Bl-​ordni teokrat’ku dejjem jitmexxew

    U f’unjoni jibqgħu, b’lealtà tassew.

    (RITORNELL)

    Sottomissjoni u devozzjoni,

    Lil Alla għandna ntuh.

    Kenn hu jagħtina, mħabba jurina,

    Meta lealtà nuruh.

  2. 2. Alla ta l-​ispirtu u l-​qaddej b’għotjiet.

    Jaqdu bħala gwida f’t’Alla l-​mogħdijiet.

    Jalla nibqgħu sodi, nfittxu li nogħġbuh,

    Il-​kliem tiegħu t’għerf bil-​lealtà nxandruh!

    (RITORNELL)

    Sottomissjoni u devozzjoni,

    Lil Alla għandna ntuh.

    Kenn hu jagħtina, mħabba jurina,

    Meta lealtà nuruh.