9 TAʼ SETTEMBRU 2019
X’HAWN ĠDID?
It-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida Ġiet Ippubblikata b’Sitt Lingwi
It-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa ġiet ippubblikata bil-lingwa tal-Venda fis-6 taʼ Settembru 2019 f’Johannesburg, l-Afrika t’Isfel, u l-edizzjoni riveduta tat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida ġiet ippubblikata bl-Afrikaans u bix-Xhosa. L-għada, f’Ostrava, ir-Repubblika Ċeka, it-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida riveduta ġiet ippubblikata biċ-Ċek u s-Slovakk. It-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida ġiet ippubblikata wkoll bit-Turkmen.
It-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida ġiet tradotta kollha kemm hi jew parti minnha b’184 lingwa, inkluż 29 reviżjoni sħiħa bbażati fuq l-edizzjoni tal-2013.