Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

17 TAʼ SETTEMBRU 2018
X’HAWN ĠDID?

It⁠-⁠Traduzzjoni tad⁠-⁠Dinja l⁠-⁠Ġdida ppubblikata b’erbaʼ lingwi

It⁠-⁠Traduzzjoni tad⁠-⁠Dinja l⁠-⁠Ġdida ppubblikata b’erbaʼ lingwi

Fl⁠-⁠14 taʼ Settembru 2018, ġiet ippubblikata t⁠-⁠Traduzzjoni tad⁠-⁠Dinja l⁠-⁠Ġdida ta’ l⁠-⁠Iskrittura Griega Kristjana bil⁠-⁠lingwa Kikamba f’Machakos, il⁠-⁠Kenja, u bil⁠-⁠lingwa Nyaneka f’Lubango, l⁠-⁠Angola. Dakinhar stess, f’Kiambu, il⁠-⁠Kenja, ġiet ippubblikata t⁠-⁠Traduzzjoni tad⁠-⁠Dinja l⁠-⁠Ġdida sħiħa bil⁠-⁠lingwa Kikuyu. Jumejn wara, f’Manila, il⁠-⁠Filippini, ġiet ippubblikata l⁠-⁠edizzjoni riveduta tat⁠-⁠Traduzzjoni tad⁠-⁠Dinja l⁠-⁠Ġdida bil⁠-⁠lingwa Iloko. It⁠-⁠Traduzzjoni tad⁠-⁠Dinja l⁠-⁠Ġdida ġiet tradotta sħiħa jew partijiet minnha f’172 lingwa, inkluż 15 li saritilhom reviżjoni sħiħa bbażata fuq l⁠-⁠edizzjoni tal⁠-⁠2013.