Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

10 TAʼ LULJU 2018
X’HAWN ĠDID?

Lezzjonijiet tal⁠-⁠Bibbja onlajn ħarġu bl⁠-⁠Ingliż u l⁠-⁠Portugiż

Lezzjonijiet tal⁠-⁠Bibbja onlajn ħarġu bl⁠-⁠Ingliż u l⁠-⁠Portugiż

Il⁠-⁠Lezzjonijiet tal⁠-⁠Bibbja onlajn issa saru disponibbli fuq il⁠-⁠jw.org bl⁠-⁠Ingliż u bil⁠-⁠Portugiż. Dawn il⁠-⁠lezzjonijiet huma b’xejn u tistaʼ tagħmilhom waħdek. Fihom features li jiggwidawk u jgħinuk tifhem. Fihom ukoll vidjows qosra u Bibbja onlajn. Int u timxi minn lezzjoni għal oħra tistaʼ tara l⁠-⁠progress li għamilt. Barra minn hekk, int tistaʼ faċilment tkompli minn fejn ħallejt.

Il⁠-⁠Lezzjonijiet tal⁠-⁠Bibbja onlajn ma jiħdux post l⁠-⁠istudju tal⁠-⁠Bibbja li joffru x⁠-⁠Xhieda taʼ Ġeħova. Però, jekk mhuwiex possibbli li tistudja l⁠-⁠Bibbja maʼ Xhud taʼ Ġeħova jew tixtieq li tibda tiskopri x’hemm fil⁠-⁠Bibbja waħdek, dawn il⁠-⁠lezzjonijiet jistgħu jgħinuk.

Ara l⁠-⁠lezzjonijiet bl⁠-⁠Ingliż jew bil⁠-⁠Portugiż.