Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

6 TAʼ OTTUBRU 2017
X’HAWN ĠDID?

Bidla fis⁠-⁠sezzjoni “Tagħlim tal⁠-⁠Bibbja”

Bidla fis⁠-⁠sezzjoni “Tagħlim tal⁠-⁠Bibbja”

Is⁠-⁠sezzjoni “Tagħlim tal⁠-⁠Bibbja” tal⁠-⁠jw.org saritilha bidla biex dak li jkun isib is⁠-⁠suġġett li jrid iktar malajr. Dawn li ġejjin huma xi bidliet li saru fis⁠-⁠sezzjoni “Tagħlim tal⁠-⁠Bibbja”:

  • Il⁠-⁠parti “L⁠-⁠istorja u l⁠-⁠Bibbja” tkopri kif il⁠-⁠Bibbja baqgħet teżisti, ġiet tradotta, u mqassma lin⁠-⁠nies. Tkopri wkoll kif skoperti ġodda jkomplu jikkonfermaw kemm taqbel b’mod eżatt mal⁠-⁠istorja.

  • Il⁠-⁠parti “Paċi u ferħ” tispjega kif il⁠-⁠Bibbja tistaʼ tgħinek tkampa mal⁠-⁠pressjonijiet taʼ kuljum u jkollok ferħ u paċi waqt li tiffaċċja l⁠-⁠problemi kkumplikati.

  • Il⁠-⁠parti “Ix⁠-⁠xjenza u l⁠-⁠Bibbja” turi kif in⁠-⁠natura li hemm fid⁠-⁠dinja tindika kemm il⁠-⁠Bibbja hi eżatta xjentifikament.

  • Il⁠-⁠parti “Mistoqsijiet dwar il⁠-⁠Bibbja mweġbin” saritilha bidla biex dak li jkun ma jdumx ma jsib is⁠-⁠suġġett partikulari li jrid.

  • Il⁠-⁠parti “Żwieġ u familja,” li qed tintuża flok “Għajnuna għall⁠-⁠koppji u l⁠-⁠ġenituri,” tagħti pariri prattiċi mill⁠-⁠Bibbja li jistgħu jsaħħu ż⁠-⁠żwieġ u li jgħinuk trabbi t⁠-⁠tfal.