Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

ĠIE DISINJAT?

Il⁠-⁠mod kif il⁠-⁠carpenter ant tnaddaf l⁠-⁠antenna b’sieqha

Il⁠-⁠mod kif il⁠-⁠carpenter ant tnaddaf l⁠-⁠antenna b’sieqha

L⁠-⁠indafa hi importanti ħafna biex l⁠-⁠insetti jkunu jistgħu jtiru, jitilgħu mal⁠-⁠affarijiet, u jkunu jafu x’hemm madwarhom. Pereżempju, jekk nemlu jkollu l⁠-⁠antenna maħmuġa se jkun diffiċli għalih biex jikkomunika, ikun jaf fejn irid imur, u jagħraf l⁠-⁠irwejjaħ. Alexander Hackmann, li għamel studju xjentifiku fuq in⁠-⁠nemel, jgħid: “Qatt mhu se ssib insett maħmuġ.” “Dawn sabu mod kif ikampaw mal⁠-⁠kontaminazzjoni.”

Ikkunsidra: Alexander Hackmann u l⁠-⁠kollegi tiegħu studjaw il⁠-⁠mod kif tip taʼ carpenter ant (Camponotus rufifemur) inaddaf l⁠-⁠antenni tiegħu. Huma skoprew li n⁠-⁠nemla tneħħi frak taʼ daqs differenti minn mal⁠-⁠antenna tagħha billi tilwi sieqha u tgħaddi l⁠-⁠antenna minn fejn tkun ilwiet. Mas⁠-⁠sieq tan⁠-⁠nemla hemm xagħar żgħir li jneħħi l⁠-⁠frak il⁠-⁠kbir. Frak iċken jitneħħa bi speċi taʼ pettne magħmul minn xagħar iżgħar maʼ sieq in⁠-⁠nemla. L⁠-⁠ispazju taʼ bejn kull xagħra minnhom hu eżatt daqs il⁠-⁠wisaʼ tax⁠-⁠xagħar taʼ mal⁠-⁠antenna tan⁠-⁠nemla. L⁠-⁠iktar frak żgħir jitneħħa b’xagħar li terġaʼ hu irqaq mix⁠-⁠xagħar l⁠-⁠ieħor. Dan il⁠-⁠frak ikun ħafna iċken minn nofs kwart tal⁠-⁠wisaʼ taʼ xagħra taʼ bniedem.

Ara kif in⁠-⁠nemla carpenter ant tnaddaf l⁠-⁠antenni

Alexander Hackmann u t⁠-⁠tim tiegħu jemmnu li l⁠-⁠mod kif in⁠-⁠nemel inaddaf l⁠-⁠antenna tiegħu jistaʼ jkun t’għajnuna fl⁠-⁠industrija. Pereżempju, metodi simili jistgħu jintużaw biex tinżamm l⁠-⁠indafa waqt il⁠-⁠produzzjoni t’oġġetti elettroniċi rqaq ħafna fejn anki l⁠-⁠inqas kontaminazzjoni tistaʼ toħloq il⁠-⁠ħsara.

Int x’taħseb? Il⁠-⁠mod tant tajjeb kif din in⁠-⁠nemla carpenter ant tnaddaf l⁠-⁠antenna evolva? Jew ġie disinjat?