Mur fil-kontenut

Mur fil-menu sekondarju

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Malti

Ġesù Għala Jissejjaħ l-Iben t’Alla?

Ġesù Għala Jissejjaħ l-Iben t’Alla?

It-tweġiba tal-Bibbja

Alla m’għandux mara letterali li minnha kellu t-tfal. Iżda hu l-Ħallieq tal-ħajja kollha kemm hi. (Rivelazzjoni 4:11) Għalhekk, l-ewwel bniedem li ħalaq Alla, Adam, jissejjaħ “bin Alla.” (Luqa 3:38) B’mod simili, il-Bibbja tgħallem li Ġesù kien maħluq minn Alla. Għalhekk, Ġesù wkoll jissejjaħ “l-Iben t’Alla.”—Ġwanni 1:49.

Alla ħalaq lil Ġesù qabel ma ħalaq lil Adam. Rigward Ġesù, l-appostlu Pawlu kiteb: “Hu x-xbieha t’Alla li ma jidhirx, l-ewwel imwieled mill-ħolqien kollu.” (Kolossin 1:15) Il-ħajja taʼ Ġesù bdiet ħafna qabel ma twieled f’maxtura f’Betlehem. Fil-fatt, il-Bibbja tgħid li “l-oriġini tiegħu hi mill-qedem, mill-jiem taʼ żmien twil ilu.” (Mikea 5:2) Bħala l-ewwel Iben imwieled t’Alla, Ġesù kien spirtu fis-sema qabel ma twieled bħala bniedem fuq l-art. Ġesù nnifsu qal: “Jien mill-oqsma taʼ fuq.”—Ġwanni 8:23; 6:38.