Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

X’inhu l-infern? Huwa post ta’ turment etern?

X’inhu l-infern? Huwa post ta’ turment etern?

It-tweġiba tal-Bibbja

Xi traduzzjonijiet tal-Bibbja jużaw il-kelma “infern” għall-kelma Ebrajka “Xeol” u għall-kelma Griega “Ħades.” Dawn it-tnejn jirreferu għall-qabar komuni tal-umanità. (Salm 16:10, nota taʼ taħt; Atti 2:27, ntt.) Ħafna nies jemmnu f’infern tan-nar, bħalma jidher fit-tpinġija reliġjuża li hawn maʼ dan l-artiklu. Madankollu, il-Bibbja tgħallem xi ħaġa differenti.

  1. Dawk fl-infern mhuma konxji taʼ xejn u allura ma jistgħux iħossu l-uġigħ. “La hemm xogħol, la ppjanar, la għarfien, u lanqas għerf f’Xeol.”​—Ekkleżjasti 9:10, ntt.

  2. Nies tajbin imorru l-infern. L-irġiel leali Ġakobb u Ġob stennew li jmorru hemmhekk.​—Ġenesi 37:35; Ġob 14:13.

  3. Il-piena tad-dnub hi l-mewt u mhux turment f’infern tan-nar. “Min miet inħeles mid-dnub.”—Rumani 6:7.

  4. Turment etern kieku jmur kontra l-ġustizzja t’Alla. (Dewteronomju 32:4) Meta dineb l-ewwel raġel, Adam, Alla qallu li l-kastig tiegħu sempliċement kien se jkun li ma jibqax jeżisti: “Trab int u trab terġaʼ ssir.” (Ġenesi 3:19) Alla kien ikun qed jigdeb kieku kien fil-fatt se jibgħat lil Adam f’infern tan-nar.

  5. Alla lanqas biss jgħaddilu minn moħħu t-turment etern. L-idea li jikkastiga lin-nies fin-nar tal-infern tmur kontra t-tagħlim tal-Bibbja li “Alla hu mħabba.”​—1 Ġwanni 4:8; Ġeremija 7:31.