Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ma Nħossnix Kuntent b’Ħajti—Ir-Reliġjon, Alla, jew il-Bibbja Jistgħu Jgħinu?

Ma Nħossnix Kuntent b’Ħajti—Ir-Reliġjon, Alla, jew il-Bibbja Jistgħu Jgħinu?

It-tweġiba tal-Bibbja

Iva. Il-Bibbja, ktieb antik taʼ għerf, tagħti t-tweġibiet għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja u tistaʼ tgħinek tħossok aħjar u kuntent. Ikkunsidra xi mistoqsijiet li twieġeb il-Bibbja.

  1. Hemm Ħallieq? Il-Bibbja tgħid li Alla ‘ħalaq l-affarijiet kollha.’ (Rivelazzjoni 4:11) Peress li hu l-Ħallieq tagħna, Alla jaf x’għandna bżonn biex inħossuna kuntenti u biex inkunu sodisfatti fil-ħajja.

  2. Jimpurtah Alla minni? Il-Bibbja ma tgħidx li Alla hu ’l bogħod mill-umanità, imma tgħid: “M’huwiex ’il bogħod minn kull wieħed minna.” (Atti 17:27) Hu interessat f’dak li jiġri lilek u jridek tirnexxi fil-ħajja.—Isaija 48:17, 18; 1 Pietru 5:7.

  3. Li nsir naf lil Alla kif jistaʼ jgħinni biex inħossni aħjar? Alla ħalaqna bi “bżonn spiritwali,” xewqa naturali li nifhmu s-sinifikat u l-iskop tal-ħajja. (Mattew 5:3) Il-bżonn spiritwali tagħna jinkludi wkoll ix-xewqa li nsiru nafu lill-Ħallieq tagħna u li jkollna relazzjoni miegħu. Alla se jieħu pjaċir bl-isforzi tiegħek biex issir tafu, għax il-Bibbja tgħid: “Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.”—Ġakbu 4:8.

Miljuni taʼ nies sabu li minħabba li bnew ħbiberija m’Alla, bdew iħossuhom aħjar u saru jafu x’għandhom jagħmlu biex ikunu kuntenti f’ħajjithom. Li tkun taf lil Alla mhux se jeħilsek mill-problemi, imma l-għerf li jinsab fil-Bibbja jistaʼ jgħinek:

Ħafna reliġjonijiet li jużaw il-Bibbja fir-realtà ma jsegwux it-tagħlim tagħha. B’kuntrast, ir-reliġjon vera, li żżomm maʼ dak li tgħid il-Bibbja, se tgħinek issir taf lil Alla.