Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Liema profeziji juru li Ġesù kien il⁠-⁠Messija?

Liema profeziji juru li Ġesù kien il⁠-⁠Messija?

It⁠-⁠tweġiba tal⁠-⁠Bibbja

Meta Ġesù kien fuq l⁠-⁠art, hu wettaq ħafna profeziji dwar “il⁠-⁠Messija l⁠-⁠Mexxej,” il⁠-⁠wieħed li kien se jkun “is⁠-⁠Salvatur tad⁠-⁠dinja.” (Danjel 9:​25; 1 Ġwanni 4:​14) Anki wara li miet, Ġesù baqaʼ jwettaq profeziji Messjaniċi, jiġifieri profeziji dwar il⁠-⁠Messija.—​Salm 110:1; Atti 2:34​-​36.

 Xi tfisser il⁠-⁠kelma “Messija”?

Kemm it⁠-⁠terminu Ebrajk Maxjok (Messija) u kemm il⁠-⁠kelma taʼ pariġġha bil⁠-⁠Grieg Krejstaws (Kristu) ifissru “l⁠-⁠Midluk.” Allura, “Ġesù Kristu” jfisser “Ġesù l⁠-⁠Midluk,” jew “Ġesù l⁠-⁠Messija.”

Fi żminijiet Bibliċi, individwu spiss kien jiġi midluk billi jitferraʼ ż⁠-⁠żejt fuq rasu meta jkun magħżul għal pożizzjoni t’awtorità speċjali. (Levitiku 8:​12; 1 Samwel 16:13) Ġesù kien midluk minn Alla biex ikun il⁠-⁠Messija—⁠pożizzjoni t’awtorità kbira. (Atti 2:​36) Però, Alla dilek lil Ġesù bl⁠-⁠ispirtu qaddis minflok biż⁠-⁠żejt.​—Mattew 3:​16.

 Jistaʼ jkun li hemm iktar minn persuna waħda li twettaq il⁠-⁠profeziji dwar il⁠-⁠Messija?

Le. Bħalma permezz taʼ fingerprint tistaʼ tidentifika persuna waħda biss, it⁠-⁠twettiq tal⁠-⁠profeziji tal⁠-⁠Bibbja jirreferu għal Messija, jew Kristu, wieħed biss. Madankollu, il⁠-⁠Bibbja twissi li kellhom “iqumu Kristijiet foloz u profeti foloz u jagħmlu sinjali kbar u għeġubijiet biex iqarrqu, jekk jistaʼ jkun, saħansitra bil⁠-⁠magħżulin.”​—Mattew 24:24.

 Jistaʼ jkun li l⁠-⁠Messija għad irid jiġi?

Le. Il⁠-⁠Bibbja bassret li l⁠-⁠Messija kien se jkun dixxendent tas⁠-⁠Sultan David taʼ Iżrael. (Salm 89:​3, 4) Però, ir⁠-⁠rekords tal⁠-⁠antenati Lhud li jiħduk lura sa David ma baqgħux jeżistu. Milli jidher dawn inqerdu meta r⁠-⁠Rumani rebħu lil Ġerusalemm fis⁠-⁠sena 70 wara Kristu (WK). * Minn dakinhar ’l hawn, ħadd ma setaʼ jagħti prova li xi ħadd kien ġej mill⁠-⁠familja rjali taʼ David. Però, meta dawn ir⁠-⁠rekords tal⁠-⁠antenati kienu jeżistu fi żmien Ġesù, lanqas l⁠-⁠għedewwa tiegħu ma rnexxielhom imeruh li kien jiġi minn David.​—Mattew 22:41-​46.

 Kemm⁠-⁠il profezija hemm dwar il⁠-⁠Messija fil⁠-⁠Bibbja?

Ma nistgħux ngħidu bl⁠-⁠eżatt kemm⁠-⁠il profezija Messjanika hemm. Pereżempju, il⁠-⁠mod kif jingħaddu l⁠-⁠profeziji jistaʼ jvarja anki minn siltiet li jitkellmu b’mod ċar dwar il⁠-⁠Messija. Il⁠-⁠versi taʼ Isaija 53:​2-7 jsemmu diversi aspetti profetiċi rigward il⁠-⁠Messija. Xi wħud iqisu dawn il⁠-⁠versi bħala profezija waħda biss, filwaqt li oħrajn għandhom mnejn iqisu kull aspett bħala profezija.

 Xi profeziji dwar il⁠-⁠Messija li wettaq Ġesù

Profezija

Fejn tinsab

Twettiq

Nisel taʼ Abraham

Ġenesi 22:17, 18

Mattew 1:1

Dixxendent taʼ iben Abraham, Iżakk

Ġenesi 17:19

Mattew 1:2

Jitwieled fit⁠-⁠tribù taʼ Ġuda, f’Iżrael

Ġenesi 49:10

Mattew 1:​1, 3

Jiġi mill⁠-⁠familja taʼ slaten li David kien jagħmel parti minnha

Isaija 9:7

Mattew 1:1

Jitwieled minn verġni

Isaija 7:​14

Mattew 1:​18, 22, 23

Jitwieled f’Betlem

Mikea 5:2

Mattew 2:​1, 5, 6

Jissejjaħ bl⁠-⁠isem Emmanuwel *

Isaija 7:​14

Mattew 1:​21-​23

Twelid u trobbija komuni

Isaija 53:2

Luqa 2:7

Jinqatlu tfal żgħar wara t⁠-⁠twelid tiegħu

Ġeremija 31:15

Mattew 2:​16-​18

Jissejjaħ biex joħroġ mill⁠-⁠Eġittu

Ħosea 11:1

Mattew 2:​13-​15, 19, 20

Jissejjaħ Nazzarenu *

Isaija 11:1

Mattew 2:​23

Qablu jkun hemm messaġġier biex iħejjilu t⁠-⁠triq

Malakija 3:1

Mattew 11:​7-​10

Midluk bħala l⁠-⁠Messija fis⁠-⁠sena 29 WK *

Danjel 9:​25

Mattew 3:​13-​17

Alla jiddikjarah bħala Ibnu

Salm 2:7

Atti 13:33, 34

Żeluż għad⁠-⁠dar t’Alla

Salm 69:9

Ġwanni 2:​13-​17

Ixandar l⁠-⁠aħbar tajba

Isaija 61:1

Luqa 4:​16-​21

L⁠-⁠ippritkar tiegħu jkun bħal dawl kbir fil⁠-⁠Galilija

Isaija 9:​1, 2

Mattew 4:​13-​16

Jagħmel il⁠-⁠mirakli bħal Mosè

Dewteronomju 18:15

Atti 2:​22

Bħal Mosè, jgħid il⁠-⁠ħsibijiet t’Alla

Dewteronomju 18:18, 19

Ġwanni 12:49

Ifejjaq lil ħafna morda

Isaija 53:4

Mattew 8:​16, 17

Ma jiġbidx l⁠-⁠attenzjoni lejh innifsu

Isaija 42:2

Mattew 12:17, 19

Juri ħniena mal⁠-⁠batuti

Isaija 42:3

Mattew 12:​9-​20; Marku 6:​34

Juri x’inhi l⁠-⁠ġustizzja t’Alla

Isaija 42:​1, 4

Mattew 12:17-​20

Kunsillier tal⁠-⁠Għaġeb

Isaija 9:​6, 7

Ġwanni 6:​68

Jiddikjara isem Ġeħova

Salm 22:22

Ġwanni 17:6

Jitkellem bit⁠-⁠tixbihat

Salm 78:2

Mattew 13:34, 35

Mexxej

Danjel 9:​25

Mattew 23:10

Ħafna ma jemmnux bih

Isaija 53:1

Ġwanni 12:37, 38

Isir bħal ġebla taʼ tfixkil

Isaija 8:​14, 15

Mattew 21:42-​44

In⁠-⁠nies jiċħduh

Salm 118:22, 23

Atti 4:​10, 11

Mibgħud bla raġuni taʼ xejn

Salm 69:4

Ġwanni 15:24, 25

Jidħol Ġerusalemm bħala sultan fuq ħmar

Żakkarija 9:9

Mattew 21:​4-9

Imfaħħar mit⁠-⁠tfal

Salm 8:2

Mattew 21:15, 16

Jiġi f’isem Ġeħova

Salm 118:26

Ġwanni 12:12, 13

Tradut minn wieħed li kien jafda

Salm 41:9

Ġwanni 13:18

Tradut għal 30 biċċa tal⁠-⁠fidda *

Żakkarija 11:12, 13

Mattew 26:14-​16; 27:​3-​10

Xi ħbieb jabbandunawh

Żakkarija 13:7

Mattew 26:31, 56

Xhieda falza kontrih

Salm 35:11

Mattew 26:59-​61

Ma jgħidx kelma quddiem min jakkużah

Isaija 53:7

Mattew 27:12-​14

Jobżqulu

Isaija 50:6

Mattew 26:67; 27:27, 30

Jaqlaʼ daqqiet fuq rasu

Mikea 5:1

Marku 15:19

Jiġi msawwat

Isaija 50:6

Ġwanni 19:1

Ma jwaqqafx lil dawk li jsawtuh

Isaija 50:6

Ġwanni 18:22, 23

Mexxejja tal⁠-⁠gvern jingħaqdu kontrih

Salm 2:2

Luqa 23:10-​12

Imsammar maʼ zokk minn idejh u saqajh

Salm 22:16

Mattew 27:35; Ġwanni 20:25

In⁠-⁠nies itellgħu bix⁠-⁠xorti l⁠-⁠ħwejjeġ tiegħu

Salm 22:18

Ġwanni 19:23, 24

Jitqies bħala midneb

Isaija 53:12

Mattew 27:38

Mibgħud u mwaqqaʼ għaċ⁠-⁠ċajt

Salm 22:​7, 8

Mattew 27:39-​43

Ibati għall⁠-⁠midinbin

Isaija 53:​5, 6

1 Pietru 2:​23-​25

Jidher li jkun abbandunat minn Alla

Salm 22:1

Marku 15:34

Ituh jixrob xi ħaġa morra

Salm 69:21

Mattew 27:34

Bil⁠-⁠għatx eżatt qabel imut

Salm 22:15

Ġwanni 19:28, 29

Jafda l⁠-⁠ispirtu tiegħu f’idejn Alla

Salm 31:5

Luqa 23:46

Jagħti ħajtu

Isaija 53:12

Marku 15:37

Jagħti ruħu bħala fidwa biex ineħħi d⁠-⁠dnub

Isaija 53:12

Mattew 20:28

Għadmu ma jinkisirx

Salm 34:20

Ġwanni 19:31-​33, 36

Jiġi mniffed

Żakkarija 12:10

Ġwanni 19:33-​35, 37

Midfun mas⁠-⁠sinjuri

Isaija 53:9

Mattew 27:57-​60

Imqajjem mill⁠-⁠mewt

Salm 16:10

Atti 2:​29-​31

Xi ħadd ieħor jieħu post dak li jittradih

Salm 109:8

Atti 1:​15-​20

Bilqiegħda fuq il⁠-⁠lemin t’Alla

Salm 110:1

Atti 2:​34-​36

^ par. 15 Is⁠-⁠Cyclopedia taʼ McClintock u Strong tgħid: “Nistgħu nkunu kważi ċerti li r⁠-⁠rekords tat⁠-⁠tribujiet u l⁠-⁠familji Lhud inqerdu meta nqerdet Ġerusalemm, u mhux qabel.”

^ par. 40 L⁠-⁠isem Ebrajk Emmanuwel, li jfisser “Magħna Hu Alla,” jiddeskrivi tajjeb l⁠-⁠irwol taʼ Ġesù bħala l⁠-⁠Messija. Il⁠-⁠preżenza tiegħu fuq l⁠-⁠art u dak li għamel urew li Alla hu mal⁠-⁠qaddejja Tiegħu.​—⁠Luqa 2:​27-​32; 7:​12-​16.

^ par. 52 Milli jidher it⁠-⁠terminu “Nazzarenu” ġej mill⁠-⁠kelma Ebrajka netser, li tfisser “rimja.”

^ par. 58 Għal dettalji mill⁠-⁠Bibbja li juru li s⁠-⁠sena 29 WK kienet is⁠-⁠sena meta kellu jiġi l⁠-⁠Messija, ara l⁠-⁠artiklu “Kif il⁠-⁠Profezija taʼ Danjel Tbassar il⁠-⁠Wasla tal⁠-⁠Messija.”

^ par. 127 Din il⁠-⁠profezija nsibuha fil⁠-⁠ktieb taʼ Żakkarija, imma Mattew, kittieb tal⁠-⁠Bibbja, jgħid li dan “intqal permezz tal⁠-⁠profeta Ġeremija.” (Mattew 27:9) Milli jidher il⁠-⁠ktieb taʼ Ġeremija ġieli tpoġġa bħala l⁠-⁠ewwel ktieb fis⁠-⁠sezzjoni taʼ kotba Skritturali msejħa “l⁠-⁠Profeti.” (Luqa 24:44) Milli jidher Mattew uża “Ġeremija” biex jirreferi għal dik il⁠-⁠ġabra taʼ kotba kollha f’daqqa, li inkludiet il⁠-⁠ktieb taʼ Żakkarija.